Annimali
Kelb tinstablu dar biex iqatta’ l-aħħar jiem qabel imut bil-kanċer

L-Assoċjazzjoni tal-Annimali Abbandunati (AAA) sabet min kien lest jadotta kelb biex jgħix l-aħħar jiem ta’ ħajtu miegħu.

Il-kelb, li ngħata l-isem Ċikku, kien konfiskat xi xhur ilu minn post li fih ma kienx qed jiġi miżmum sew.

Meta bdiet tieħu ħsiebu l-AAA sar magħruf li huwa kellu l-kanċer u li ma kienx hemm tama li jiġi salvat.

Issa l-kelb instabitlu dar fejn ikun jista’ jqatta l-aħħar ta’ ħajtu waqt li jingħata l-steroids biex kemm jista’ jkun ma jbatiex.

Ċikku huwa wieħed minn għadd ta’ klieb li għaqdiet bħall-AAA jieħdu ħsieb wara li ġew abbandunati jew wara li nstabu miżmumin f’ambjent ħażin.