Barranin
Kelb jew qattus jista’ jixrob l-alkoħol bħal sidu

Wara l-ġelati u l-ħelu għall-klieb u l-qtates, issa waslu l-birra u l-inbid adattati għal sħabna ta’ erba’ saqajn.

Dan ix-xorb mhuwiex alkoħoliku għax huwa magħmul minn infużjoni ta’ ħwawar imħalltin man-nutrijenti u l-vitamini.  Il-fliexken huma l-istess bħal tal-birra u l-inbid tal-bnedmin, biex b’hekk il-klieb u l-qtates ikunu jistgħu jixorbu bħal sidhom.

Kienet idea ta’ kumpanija Ingliża li hija bbażata f’Cambridgeshire.  Il-birra mhix alkoħolika u fiha x-xarba famuża Ingliża Dandelion and Burdock biex ittejjeb il-palat tagħha.

Il-prosecco, li huwa tip ta’ inbid, huwa immirat iktar għall-qtates.  Jixbaħ lill-inbid, tant li ħareġ kemm abjad kif ukoll rose’, u jrid jinxtorob kiesaħ biex jiffriskahom.

Min jaf kemm se jkunu ta’ suċċess mal-klieb u l-qtates dawn ix-xarbiet friski għas-sajf, l-istess bħalma jagħmlu s-sidien tagħhom f’dan l-istaġun sħun!

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Evakwazzjoni drammatika ta’ iktar minn 1,300 passiġġier minn cruise-liner li waqaf ħesrem ‘il barra mill-kosta Norveġiża lbieraħ. Il-cruise liner MV Viking Sky inqabad f’baħar imqalleb u riħ qawwi. B’kollox madwar…

Brexit

Aktar ma jmur aktar qed tiżdied il-pressjoni fuq il-Prim Ministru Ingliż Theresa May. Dan hekk kif qed jingħad li jista’ jirnexxilha tikseb aktar appoġġ fuq il-ftehim tagħha dwar Brexit jekk…

Barranin

Madwar 1,300 passiġġieri qed jiġu evakwati minn fuq vapur tal-cruises ‘il barra mill-kosta tal-punent tan-Norveġja. Il-Pulizija Norveġiża qalet li l-vapur kellu problemi fil-magna u għalhekk dawk kollha abbord qed jittellgħu…

Barranin

Anzjani fil-Kanada kellhom iktar minn sempliċi indiġestjoni wara ikla fiċ-ċentru tal-komunità tagħhom f’Whitestone. Uħud mill-anzjani kellhom jingħataw assistenza medika meta bdew iħossuhom storduti jew bdew jirremettu. Mill-investigazzjonijiet ħareġ li l-anzjani kienu…

Aktar