Annimali
Kelba tinbiegħ fuq eBay biex tagħmel tajjeb għat-taxxi mhux imħallsa

Fil-Ġermanja, ġiet sekwestrata il-kelba ta’ familja li waqgħet lura fil-ħlas tat-taxxa, inkluż it-taxxa dovuta fuq l-annimali.  Il-kelba Edda ittieħdet mill-awtoritajiet ta’ Alhen u nbiegħet fuq eBay għas-somma ta’ €750.

Is-sid il-ġdida tal-kelba, Michaela Jordan, fetħet kawża lill-awtoritajiet tal-lokal minħabba li fir-riklam tħalliet misura l-qagħda ħażina ta’ saħħet Edda.  Jordan spjegat lill-media li kellha tħallas kemxa sew biex tikkura lill-kelba ġdida tagħha.

Jidher li l-kelba sarulha 4 operazzjonijiet f’għajnejha u Jordan nefqet mal-€1,800.  Sid il-kelba qed titlob għall-kumpens mingħand l-awtoritajiet.

Qed ikun irrappurtat li qed issir investigazzjoni dwar jekk hix korretta l-proċedura wżata biex inbiegħet il-kelba.  Ir-riklam ġie ppubblikat mill-profil privat ta’ wieħed mill-impjegati tal-awtoritajiet involuti fil-każ.

Is-sid oriġinali tal-kelba spjegat lilll-ġurnalisti li s-sitwazzjoni ma tmexxietx bl-aħjar mod possibbli mill-awtoritajiet u taħseb li s-sekwestru ta’ Edda huwa illegali.  Qalet ukoll li t-tliet itfal tagħha għandhom qalbhom sewda għat-telfa tal-kelba li tant kienu jħobbu.

Aħbarijiet Oħra
Brexit

Aktar ma jmur aktar qed tiżdied il-pressjoni fuq il-Prim Ministru Ingliż Theresa May. Dan hekk kif qed jingħad li jista’ jirnexxilha tikseb aktar appoġġ fuq il-ftehim tagħha dwar Brexit jekk…

Barranin

Madwar 1,300 passiġġieri qed jiġu evakwati minn fuq vapur tal-cruises ‘il barra mill-kosta tal-punent tan-Norveġja. Il-Pulizija Norveġiża qalet li l-vapur kellu problemi fil-magna u għalhekk dawk kollha abbord qed jittellgħu…

Barranin

Anzjani fil-Kanada kellhom iktar minn sempliċi indiġestjoni wara ikla fiċ-ċentru tal-komunità tagħhom f’Whitestone. Uħud mill-anzjani kellhom jingħataw assistenza medika meta bdew iħossuhom storduti jew bdew jirremettu. Mill-investigazzjonijiet ħareġ li l-anzjani kienu…

Barranin

L-attriċi Emilia Clarke, li tinterpreta l-parti tal-prinċipessa Daenerys Targaryen fis-serje televiżiva Game of Thrones, żvelat li kienet f’xifer il-mewt waqt li kienet qed tinġibed is-serje. Clarke, li għad għandha biss…

Aktar