Stejjer Umani
Kellha ġuvni, u kienet tħobb issiefer imma l-ferħ sabitu meta daħlet soru tal-klawsura

Ilha soru tal-klawsura mal-Klarissi 21 sena, u qabel daħlet kienet għarusa, u tgħid li damet 4 snin ittella’ u tniżżel jekk għandhiex tilqa’ s-sejħa tal-vokazzjoni reliġjuza. Sister Clare Agnes qalet li kienet tħobb issiefer u toħroġ u qatt ma bassret li tidħol soru tal-klawsura.

Wara l-bieb tal-kunvent tal-Klarissi f’San Ġiljan, hemm dinja oħra, dinja ta’ familja ta’ dsatax -il soru li ħajjithom iqattgħuha jaħdmu imma fuq kollox jitolbu għan-nies tad-dinja.

Soru minnhom hija Sister Clare Agnes, waħda mill-iżgħar sorijiet li daħlet wieħed u għoxrin sena ilu. Bi tbissima fuq fommha, sister Clare tgħid li fil-bidu ħassitha diffiċli taċċetta s-sejħa għal ħajja reliġjuża iżda fl-aħħar kellha tbaxxi rasha u llum ma jiddispjaċiha xejn.

“Kelli ġuvni u kelli nħassar għax ma kontx qegħda fil-paċi, kont inħobb insiefer ħafna u għedtlu l-Mulej, jien? lili qed issejjaħ għal hawn ġew? però l-grazzja t’Alla tmexxik.”

Madre Rose li sservi bħala omm spiritwali tas-sorijiet qaltilna li bħalissa għandhom novizza fil-proċess li ssir soru tal-klawsura. Mistoqsija komuni li jkollhom is-sorijiet hi kif ma jiddejjqux dejjem ġewwa.

“Le ma niddejjaqx ġewwa, jiena l-maħbub tiegħi Ġesù, kif tridni niddejjaq?”

Madre Rose tagħti kuraġġ lil min għandu s-sejħa.

“Take your time, jekk il-Mulej qed isejjaħlek taħrablux għax tkun qed titlef il-ferħ sħiħ tiegħek.”

Wara l-bibien ta’ dan il-kunvent is-sorijiet tal-klawsura jgħixu ħajja fil-paċi, ħajja lil hinn minn kull storbju ddedikata għall-ħsieb profond u fuq kollox ferħ ġej mis-sempliċità.

Aħbarijiet Oħra

L-Uffiċċju Meteoroloġiku ta’ Malta qed iwissi b’riħ qawwi. Ir-riħ mill-Punent għall-Majjistral ser ikun qawwi għal qawwi ħafna fuq il-Gżejjer Maltin. Din it-twissija tibqa’ fis-seħħ sal-11pm.

Il-Bord tal-Accountancy issospenda l-warrants ta’ Brian Tonna u Karl Cini ta’ Nexia BT, ftit jiem wara l-arrest tagħhom. Il-Bord issospenda wkoll iċ-ċertifikati tal-prattika li permezz tagħhom Tonna u Cini jeżerċitaw…

Aktar