Barranin
Kellha titgħammed qabel tiżżewweġ lill-prinċep

Meghan Markle saret anglikana.  Biex tiżżewweġ lill-Prinċep Harry, hija kellha tibdel ir-reliġjon.

Għalhekk 3 ijiem ilu tgħammdet waqt ċelebrazzjoni privata fil-kappella tal-familja rjali fil-Palazz St James.

Hija rċeviet is-sagrament fil-preżenza ta’ Harry, il-Prinċep Charles u martu Camilla, kif ukoll ħabiba tagħha.  Minħabba li r-Reġina Eliżabetta hija l-Kap tal-Knisja Anglikana, il-magħmudija ta’ Meghan kellha ssir bil-fors għall-mara futura ta’ Harry.

Intant, f’iktar dettalji li qed jiġu żvelati mill-media barranija, fost dawk li rċevew l-invit għat-tieġ irjali hemm Cressida Bonas u Chelsy Davy li kienu l-għarajjes ta’ Harry.

Jidher li Meghan ftit li xejn ħabblet moħħha dwar l-istedina, minkejja li l-ex raġel tagħha Trevor Engelson ma ġiex mistieden.

Aħbarijiet Oħra
Kurżitajiet

Filmat li qed idur fuq il-midja soċjali qed jiġbed l-attenzjoni ta’ bosta għall-mod inġenjuż kif raġel irnexxielu jgħabbi karozza fuq vann. Fil-filmat, li nġibed f’Ħal Qormi, raġel jidher qed jimbotta…

Barranin

Kienet xena li xxokkjat lil eluf kbar ta’ nies madwar id-dinja dik li nqabdet fuq kamera tas-sigurtà fl-Istati Uniti iktar kmieni din il-ġimgħa. Raġel, liebes ġakketta bil-barnuża mtella’, jidher bilqegħda…

Barranin

Filmat miġbud bil-mobile qabad il-mumenti li fih sfrondat l-art ta’ diskoteka fl-Italja. L-inċidenti, li seħħ fil-lejl ta’ bejn il-Ġimgħa u s-Sibt f’Ancona, ħalla 6 mejta u 120 feruti, 7 minnhom…

Aktar