Sport
Kellu jistaqsiha tiżfinx provokanti?

L-ewwel rebbieħa mara tal-unur tant prestiġġjuż tal-Ballun tad-Deheb Ada Hegerberg spiċċat f’polemika mingħajr ma riedet.  Filwaqt li hija l-ewwel mara li qatt rebħet dan l-unur, il-mument li fih irċeviet dan il-premju ttappan b’kumment li għadda DJ Martin Solveig.

Hegerberg, li hija plejer internazzjonali Norveġiża ta’ Lyon, dehret kemmxejn maħsuda u imbarazzata meta d-DJ, li kien qed jippreżenta s-serata, staqsieha tafx tagħmel twerking, li hija żifna provokanti ħafna magħrufa għaż-żeglig.  Hija wieġbet li ma tafx, kif jidher f’dan il-filmat.

Malli għadda dak il-kumment, id-DJ kien suġġett għall-kritika ħarxa fuq is-siti soċjali, tant li kellu jagħmel apoloġija malajr b’vidjo li mposta fuq Twitter.

L-attakkant Norveġiża rebħet l-unur tant prestiġġjuż għad-dinja tal-futbol hekk kif hija t-top scorer fil-kampjonat Franċiż b’31 gowl u 15-il gowl ieħor skurjati fiċ-Champions’ League.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Fir-Renju Unit bdiet it-tellieqa għall-mexxej tal-Partit Konservattiv li jmiss, wara li lbieraħ, Theresa May ħabbret li se tirriżenja x-xahar id-dieħel. Din l-elezzjoni mhux se tirriżulta biss f’mexxej ġdid tal-partit, imma…

Barranin

Mill-inqas 8 persuni ndarbu wara li pakkett suspettat b’bomba sploda fiċ-ċentru tal-belt Franċiża ta’ Lyon. Lyon hi t-tielet l-ikbar belt fi Franza. Il-Pulizija ssiġillaw ix-xena tal-inċident u bħalissa fuq il-post…

Unjoni Ewropea

Wara li lbieraħ bdew jivvutaw l-Ingliżi u l-Olandiżi, illum kien imiss lill-Irlandiżi u ċ-Ċeki biex joħorġu jivvutaw biex jaħtru d-deputati Ewroparlamentari. Fir-Repubblika Ċeka l-votazzjoni maqsuma fuq jumejn bil-għan li t-turnout…

Barranin

Is-sajf fl-Italja mistenni jkun ikkaratterizzat minn temp estrem, b’perjodu ta’ nixfa u xita qalila. L-esperti tat-temp fl-Italja ltaqgħu dan l-aħħar f’Ruma u qed ibassru li l-istaġun sajfi se jkun kemmxejn…

Aktar