Lokali
Kellu karriera ta’ suċċess iżda kien jaħbi li għandu d-dislessija

Id-dislessja – kundizzjoni li tfixkel lill-persuna biex titgħallem taqra minhabba li ma tagħrafx uħud mill-ittri u simboli, hi meqjusa bħala ostaklu fil-proċess edukattiv, għalkemm illum hemm mezz ta’ għajnuna biex dan jingħeleb. Din il-kundizzjoni taffetwa wieħed minn kull ħames studenti, madankollu bil-perseveranza u d-determinazzjoni ħafna jirnexxu fil-ħajja.

Edward Fenech għandu mas-sebgħin sena, u minkejja li f’ħajtu qatt ma qara ktieb, jgħid li kapaċi jitkellem fuq kull novella. Is-Sur Fenech, li kien anke Kap Eżekuttiv ta’ kumpanija ewlenija, stqarr li biex wasal fejn wasal kellu jemmen fih innifsu u jaħbi l-kundizzjoni li setgħet żammitu lura; id-dislessja.

“Jgħidu never judge a book by its cover u dik hi ħaġa li hi fid-dyslexia. Jekk bniedem għandu d-dyslexia taqbax u tgħid le. Idħol fil-folji u ara dak il-bniedem x’jista’ jsarraf,” spjega Fenech.

Is-Sur Fenech qal li t-triq għalih, anke fl-iskola, dejjem kienet għat-telgħa. “Il-ħajja mhux faċli għax ikollok taghmel l-affarijiet f’erba’ darbiet flok f’darba bħal ħaddieħor. Trid taħbi dik, u ilum hi l-istess, il-problema li għandek. Ma tistax tmur interview u tgħid għandi dyslexia.”

Dan il-messaġġ kien rifless fi kliem il-President tal-Assoċazzjoni tad-Dislessja, Carmen Muscat, li stqarret li nies b’din il-kundizzjoni jridu jgħarfu jisiltu l-potenzjal tagħhom u jżommu l-kundizzjoni għalihom.

“Jien ma nistax ngħidilhom morru għidu li int dyslexic. Hekk nixtiequ li tiġi ‘l quddiem. Mhux ngħidu li ma jgħidux, imma għandhom isibu modi kif jgħidu u x’ħin jgħiduha,” spjegat Muscat.

F’konferenza dwar id-dislessja u l-impjiegi, is-Sinjura Muscat saħqet li kien hemm diversi persuni bil-kundizzjoni tad-dislessja li rnexxew, fosthom ix-xjentist Albert Einstein, l-artist Pablo Picasso u l-attur Tom Cruise. Qalet li, anke f’Malta hawn diversi stejjer ta’ suċċess. Fost oħrajn semmiet nies li jaħdmu bħala periti, kokijiet u fis-settur tat-teknoloġija.

Is-Sinjura Muscat appellat biex min ihħaddem iħares lejn il-kwalitajiet li kapaċi joffru l-persuni u mhux il-kundizzjonijiet tagħhom.

Aħbarijiet Oħra
Statistika

Ċifri tal-Eurostat dwar it-turiżmu fl-Unjoni Ewropea juru li f’Malta, l-industrija tat-turiżmu fl-2018, kellha fost l-aħjar riżultat fost it-tmienja u għoxrin pajjiż tal-Unjoni Ewropea u kienu ħafna aħjar mill-medja Ewropea. Filwaqt…

Familja

It-telfa ta’ xi ħadd għażiż hija dejjem diffiċli, iżda sitwazzjoni partikolari hija ta’ dawk li jitilfu lil żewġhom jew marthom, speċjalment f’età żgħira. Kif jistgħu jkomplu b’ħajjithom wara dan l-episodju…

Lokali

Jekk għadek ma ddeċidejtx kif se tiċċelebra jum il-maħbubin mal-maħbub/a tiegħek tista’ ma tinkwieta xejn aktar. Il-Ministeru għal Għawdex għaddej b’ħidma biex iħajjar lill-maħbubin iqattgħu xi ġranet fi Frar f’Għawdex…

Ambjent

Il-funtanta tat-Tritoni fil-Belt sabet postha fil-filmat uffiċjali tal-Earth Hour 2019 bħala waħda mill-attrazzjonijiet ewlenin madwar id-dinja. Fil-fimat maħruġ mill-organizzazzjoni internazzjonali World Wildlife Fund (WWF) biex jirreklama l-inizjattiva Earth Hour ta’…

Aktar