X

Kemm għandha żmien qalbek?

Kont taf li qalbek mhux bilfors għandha żmien daqskemm għandek età?

Is-Servizz tas-Saħħa Pubblika tal-Ingilterra qed iħeġġeġ lil persuni ta’ aktar minn 30 sena biex jagħmlu test onlajn biex isiru jafu l-età tal-qalb tagħhom. Dan jista’ jgħinhom biex jaraw jekk humiex f’riskju li jagħtihom attakk tal-qalb jew puplesija.

Ġie spjegat li erba’ każijiet minn kull ħamsa tal-attakki tal-qalb u l-puplesiji fost dawk li jkollhom anqas minn 75 sena jistgħu jiġu evitati. Biss jekk wieħed ipejjep, jiekol addoċċ u ma jagħmilx eżerċizzju jkun qed jistieden l-inkwiet.

78% ta’ dawk li għamlu t-test sabu li għandhom qalbhom ixjeħ minnhom u għalhekk dan qed iwassalhom li jitilfu ħajjithom qabel iż-żmien.

Għalhekk is-Servizz tas-Saħħa Pubblika tal-Ingilterra qed iħeġġeġ biex wieħed jagħmel it-test, li għalkemm mhux se jgħidlek jekk hux se jkollok attakk tal-qalb, jista’ jagħtik pariri fosthom biex tibdel l-istil ta’ ħajja li qed tgħix.

Dan it-test jista’ jagħmlu kull min għandu aktar minn 30 sena, dawk li huma iżgħar jistgħu jagħmlu dan l-istħarriġ biex jagħtik suġġerimenti dwar l-istil ta’ ħajtek.

Fl-aħħar nett dawn huma pariri kien tista’ ssaħħaħ saħħet qalbek: ieqaf pejjep, għamel l-eżerċizzju, ikkontrolla l-piż tiegħek, kul aktar fibre u ħut, ixrob anqas alkoħol u naqqas sew il-melħ.

av :