Kunsilli Lokali
Kemm għandu jdum iservi fil-kariga Sindku?

Il-Gvern nieda white paper dwar ir-riforma tal-Kunsilli Lokali li fost oħrajn qed tipproponi miżuri għat-tisħiħ tal-Kunsilli Reġjonali u tal-kunsilli b’żieda fir-riżorsi umani tagħhom, proposti dwar is-sindki biex iservu għal tliet mandati biss. Il-White Paper titkellem ukoll dwar il-ġejjieni tal-bosta kumitati tal-irħajjel li jaħdmu fi ħdan il-kunsilli.

Il-white paper dwar ir-riforma tal-Gvern Lokali fost affarjiet oħa tissuġġerixxi li l-kumitati tar-Reġjuni jkollhom rwol definit u aktar reponsabilitajiet. Qed ikun propost li jiġu xolti s-16-il Kumitat Amministrattiv tal-irħajjel li kienu twaqfu għal komunitajiet żgħar fi ħdan il-kunsill lokali.

F’konferenza tal-aħbarjiet, is-Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali Silvio Parnis, qal li fil-konsultazzjoni pubblika ser titqajjem il-mistoqsija dwar jekk is-sindki għandhomx ikunu fuq bażi full-time u ser ikun diskuss jekk wasalx iż-żmien li Sindki jkollu terminu ta mhux aktar minn tliet leġiżlaturi.

Ir-riforma mistennija tindirizza il-permessi mogħtija mill-Kunsilli Lokali. Is-Segretarju Parlamentari qal li r-regolamenti tal-permessi għandhom jiġu emendati biex ikunu simplifikati u ikunu jistgħu jsiru anke online.

Silvio Parnis qal “flimkien mal-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali ser inkunu qed nitkellmu kif nistgħu nagħmlu biex iċ-ċittadini hemm barra jieħu s-servizz mil-lokal tiegħu stess.”

Is-Sur Parnis qal li l-Kunsilli Lokali għandhom ikunu ta’ wens u sostenn liċ-ċittadini b’mod partikolari fil-qasam soċjali, edukattiv u biex iseddqu s-sens komunitarju. Huwa qal li f’għeluq il-25 sena mit-twaqqif tal-Kunsilli Lokali, dan kien iż-żmien opportun biex tissaħħaħ l-awtonomija u d-deċenentralizzazzjoni tal-Gvern Lokali. Il-konsultazzjoni pubblika dwar din ir-riforma ser tagħlaq fl-aħħar ta’ Novembru.

Aħbarijiet Oħra
Politika

Il-President Marie-Louise Coleiro Preca żvelat li sena ilu, fl-eqqel tad-dibattitu dwar l-emendi għal-liġi tal-IVF, hija għenet biex id-Deputat Prim Ministru Chris Fearne jikkonvinċi ruħu bl-argumenti tas-soċjetà ċivili kontra l-introduzzjoni tat-tqala…

Parlament

Il-Prim Ministru Joseph Muscat qal illi f’taħditiet mal-esperti tal-Moneyval fi ħdan il-Kunsill tal-Ewropa jemmen illi l-Gvern jasal biex jagħti riżultat tajjeb lil Malta fejn tidħol il-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus. Huwa…

Parlament

Il-Parlament approva mill-ewwel qari ħames abbozzi ta’ liġi li jirriformaw l-qasam tal-Ġustizzja. L-abbozzi tressqu kollha mill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali Owen Bonnici u se jdaħħlu fis-seħħ proposti li saru…

Aktar