COVID-19
Kemm hawn persuni f’Malta li qegħdin kwarantina?

Bħalissa f’Malta għandna 7,258 persuni fi kwarantina; numru li s-Supretendent tas-Saħħa qalet huwa wieħed sostanzjali ħafna b’impatt fuq kulħadd.

Waqt l-aġġornament tal-lum, il-Professur Charmaine Gauci saħqet li jekk għandek xi sintomi hu importanti li toqgħod id-dar u tibbukkja swab test. Sostniet li anki jekk it-test tal-Covid jirriżulta negattiv, wieħed għandu jibqa’ d-dar sakemm ifiq.

Għall-mistoqsijiet tal-ġurnalisti dwar meta huwa l-aħjar żmien biex wieħed jagħmel swab test, qalet li l-ħames jum minn meta wieħed ikun ġie espost huwa jum tajjeb biex isir it-test.

Fakkret li bis-sit elettroniku Covidtest.gov.mt tista’ tibbukkja swab test. Minn meta s-sit elettroniku ġie varat minn Novembru bbukkjaw minnu mad-9,500 persuna.

Tenniet l-appell għall-użu tal-Covid contact tracing app, fejn s’issa niżżluha 19% tal-popolazzjoni li huma ta’ età diġitali. Kien hemm 529 persuni li rriżultaw pożittivi u li ngħataw kodiċi biex idaħħluh fl-app u b’hekk javżaw lin-nies li jkunu ġew f’kuntatt magħhom.

Ara wkoll:

143 każ ġdid ta’ Covid-19 f’Malta, 201 oħra mfejqa