Temp
Kemm-il sajjetta faqqgħet f’Awwissu?

Sajjetta waħda li faqqgħet fil-bidu ta’ dan ix-xahar kienet qawwija tant li bejn wieħed u ieħor setgħet tagħti dawl lil żewġ Maltin għal sena sħiħa. Madankollu din ma kinetx l-aktar sajjetta qawwija li ġiet reġistata mit-tagħmir li jinsab fuq il-bejt tal-Università u li għal dawn l-aħħar erba’ snin kejjel kull sajjetta li faqqgħet fuq u madwar Malta.

Fl-ewwel ħmistax ta’ Awwissu faqqgħu ‘l fuq minn 300 sajjetta fuq u qrib il-gżejjer Maltin.

Adam Gauci, lettur fit-taqsima tal-Oċeonografija fiżika fl-Università osserva li bejn il-ħamsa u s-sitta ta’ Awwissu faqqgħu 328 sajjetta f’24 siegħa. L-aktar tnejn qawwija fuq l-art laqtu l-Imtarfa u l-Mosta. L-iktar waħda qawwija minnhom kienet tkejjel mal-44.8 KiloAmps, li Dr Gauci jistma, li bejn wieħed u ieħor kapaċi tagħti sena dawl lil żewġ Maltin.

Adam Gauci qal li “ma tantx kienu b’saħħithom jiġifieri s-soltu jkollna sajjetti ta’ iktar intensità speċjalment f’Ottubru. L-iktar li kellna sajjetti kienu fin-naħa t’isfel ta’ Għawdex u wkoll kellna tnejn qawwijin it-Tnejn filgħodu għall-ħabta tas-sebgħa li kienu bejn il-Mosta, ir-Rabat u l-Imdina.”

Dawn is-sajjetti kienu osservati permezz ta’ tagħmir li ġie stallat erba’ snin ilu fuq il-bejt tal-Fakultà tax-Xjenza fl-Università. Dr Gauci qal li l-aktar sajjetta qawwija qatt reġistrata minn dan it-tagħmir faqqgħet fis-26 ta’ Jannar tal-2015 fuq il-baħar bejn Malta u Sqallija.

Spjega li t-tagħmir fuq il-bejt tal-Università jagħmel parti minn għadd kbir ta’ stazzjonijiet mifruxa f’bejn 250 u 300 kilometru ‘l bogħod minn xulxin madwar l-Ewropa li qed jipprovdu informazzjoni dwar is-sajjetti fl-inħawi.

Adam Gauci qal li “meta jkollok sajjetta din titfa’ pulse u dan il-pulse jaħbat ma dawn is-sensors f’ħin differenti. Il-ħin ħa jkun vera żgħir imma minn dak id-differenza fil-ħin tista’ tikkalkula fejn kienet is-sajjetta meta seħħet u kemm kienet intensa.”

Din is-sistema tagħmel parti minn network Ewropew dwar is-sajjetti, li hu kkontrollat mill-Università ta’ Munich.

Permezz ta’ dan it-tagħmir ġie osservat li minn sena għall-oħra żdiedu s-sajjetti li ħabtu mal-art.

Minn 445 f’Malta u 111 f’Għawdex fl-2015, is-sena li għaddiet faqqgħu disa’ mitt sajjetta f’Malta u 383 sajjetta f’Għawdex.

Aħbarijiet Oħra
Parlament

Laqgħa imqanqla tal-Kumitat Parlamentari għall-Kontijiet Pubbliċi ġiet sospiża wara li ntalbu żewġ rulings differenti mill-Ispeaker fuq jekk xhud għandux jitħalla jaqra dikjarazzjoni qabel isirulu l-mistoqsijiet. Il-Kumitat kellu jisma’ x-xhieda tad-deputat…

Lokali

L-Awtoritajiet tas-Saħħa qed iwissu dwar xorb tal-lumi tad-ditta Piacelli Citrilemon. Fi stqarrija ntqal li wara li saru iktar investigazzjonijiet, instab li l-imsemmi prodott fih sulfati li mhumiex iddikjarati fuq it-tikketta. Lemon…

Lokali

Ir-relazzjonijiet ekonomiċi u politiċi bejn Malta u t-Turkija jinsabu fuq nett waqt żjara statali tal-President Marie Louise Coleiro fit-Turkija li qed tmexxi delegazzjoni diversi ministri tal-gvern u anke negozjanti Maltin….

Aktar