Turiżmu
Kemm nefqu t-turisti li ġew f’Ġunju li għadda?

Kompliet ix-xejra pożittiva fit-turiżmu. Ċifri tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika juru li f’Ġunju ġew Malta kważi 15-il elf turist (14,699) aktar minn Ġunju tas-sena l-oħra.

L-NSO qal li ż-żieda ta’ 5.5% fit-turisti tul ix-xahar ta’ Ġunju waslet biex l-għadd ta’ turisti tela’ għal aktar minn 280,000 (280,522). Sinifikanti ż-żieda ta’ 17% fit-turisti li ġew minn pajjiżi li mhumiex membri tal-Unjoni Ewropea li kienu jgħoddu ftit anqas minn 50,000.

Miċ-ċifri tal-NSO joħroġ li f’Ġunju t-turisti nefqu f’Malta aktar minn 235 miljun ewro, kważi 11% aktar minn Ġunju tas-sena l-oħra. Fl-ewwel sitt xhur tas-sena, it-turisti ħallew fl-ekonomija Maltija 883 miljun ewro skorruti. Ras għal ras, it-turisti nefqu €731 għal btala tagħhom f’Malta.

L-għadd ta’ turisti li żaru Malta fl-ewwel sitt xhur tas-sena żdiedu bi kwazi 4% u qabżu l-miljun u mitejn elf.

Aħbarijiet Oħra
COVID-19

Il-koppja anzjana Joseph Mercieca u Marthese Bonello qallu li issa li waslu Malta, qed iħossuhom siguri. Huma nġiebu Malta b’lanċa wara li niżlu minn fuq il-cruiseliner Colombus, li kien fi…

COVID-19

Sport Malta ħarġet sensiela ta’ filmati, Be Active at Home, biex tippromovi l-eżerċizzju fiżiku fid-djar. F’konferenza tal-aħbarijiet virtwali, is-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ, Sport u Għaqdiet Volontarji, Clifton Grima qal li f’dawn…

COVID-19

Il-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista, Adrian Delia, qal li r-residenti kollha fiċ-ċentri miftuħa għandhom jiġu ttestjati għall-Coronavirus. F’konferenza tal-aħbarijiet, Dr Delia qal li għandu jsir iżolament tal-persuni li nstabu bil-Covid-19…

Politika

Xahar wara l-mewt ta’ Miriam Pace li sfat mirduma ħajja fid-dar tagħha fil-Ħamrun, l-Oppożizzjoni Nazzjonalista ressqet mozzjoni li titlob lill-Prim Ministru jaħtar bord ta’ inkjesta pubblika indipendenti biex fi żmien…

Aktar