Konsumatur
Kemm se tiġik telefonata barra minn Malta?

Mil-lum, telefonati u messaġġi se jkunu b’rati fissi u orħos għaċ-ċittadini Ewropej, inklużi dawk Maltin, li se jċemplu u jibgħatu messaġġi b’rati fissi u ridotti Ewropej.

Il-massimu ta’ rati esklużi t-taxxi li l-operaturi se jiċċarġjaw għal telefonati u SMSs huma:

  • Telefonati minn linji diretti b’rata ta’ €0.19 kull minuta
  • Telefonali li jsiru minn ċellulari b’rata ta’ €0.19 kull minuta
  • SMS b’rata ta’ €0.06 għal kull SMS

Ir-regolamenti l-ġodda japplikaw għall-konsumaturi biss. Għalhekk min hu konsumatur b’negozju dawn ir-regolamenti ma japplikawx.

Dan tħabbar mis-Segretarju Parlamentari għas-Servizzi Diġitali Silvio Schembri li qal li, kull ċittadin Ewropew, inklużi l-Maltin, issa jistgħu jċemplu minn Malta lejn pajjiżi membri tal-Unjoni Ewropea bi prezzijiet fissi u orħos.

Dawn il-prezzijiet jifformaw parti mir-regolamenti dwar Komunikazzjoni Intra-EU fejn telefonati u messaġġi li jsiru minn mobile abbonat f’Malta lejn pajjiżi oħra fl-Ewropa kif ukoll l-Iżlanda, Liechtensten, u n-Norveġja (malli dawn ikunu inkorporati fil-ftehim tal-EEA).

Għal iżjed informazzjoni wieħed jista’ jagħmel kuntatt fuq 21336840 jew jibgħat email fuq [email protected]

Ara wkoll:

Mil-lum se nibdew inħallsu inqas għat-telefonati lejn pajjiżi tal-UE

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Ir-reklużjoni ta’ priġunieri fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin għadha meħtieġa? Fl-opinjoni tad-Dekan tal-Fakultà għat-Tisħiħ tas-Soċjetà fl-Università ta’ Malta, il-Professur Andrew Azzopardi, ir-reklużjoni għandha titneħħa għal kollox. Iżda f’għajnejn l-opinjonista Malcolm Seychell,…

Saħħa

Il-mediċina tradizzjonali Ċiniża bdiet eluf ta’ snin ilu, iżda għadha mfittxija sal-lum il-ġurnata, inkluż f’Malta. Eluf ta’ Maltin fl-aħħar snin fittxew it-trattamenti tradizzjonali Ċiniżi fiċ-ċentru mediku Ċiniż. Bl-iffirmar ta’ protokol…

Kronaka

Ir-residenti tal-blokk appartamenti f’Ħal Qormi, fejn seħħ in-nar dalgħodu, ingħataw is-serħan tal-moħħ li jistgħu jibqgħu jgħixu f’darhom. Is-Segretarju Parlamentari għall-Akkomodazzjoni Soċjali Roderick Galdes ikkonferma li wara li l-Awtorità tad-Djar ħadet…

Qorti

Wieħed minn persuni arrestati waqt party fir-Rabat fil-lejl ta’ Santa Marija l-ġimgħa l-oħra, baqa’ miżmum arrestat wara li ġie akkużat li kellu 66 qartas b’sustanza bajda allegatament droga. L-Ingliż, Ralph…

Aktar