
Forzi Armati
Kemm talbu li jidħlu f’pajjiżna ajruplani u bastimenti militari tul is-sena li għaddiet?
Matul l-2020 id-Direttorat tal-Protokoll irċieva 122 talba sabiex ajruplani militari jew statali jinżlu f’pajjiżna, waqt li rċieva 297 talba sabiex ajruplani ta’ dan it-tip jidħlu fl-ispazju tal-ajru ta’ Malta.
Fl-istess waqt, id-Direttorat irċieva 26 talba sabiex bastimenti militari jew statali jidħlu fil-portijiet Maltin fl-2020.
Din l-informazzjoni ingħatat mill-Ministru għall-Affarijiet Barranin, Evarist Bartolo, fi tweġibiet għal domandi parlamentari tad-Deputat Carmelo Mifsud Bonnici.