Kurżitajiet
Kemm tqatta’ ħin imfattar bilqiegħda?

L-eżerċizzju fiżiku li jsaħħaħ il-muskoli huwa rakkomandat għall-adulti biex jibqgħu attivi tul ħajjithom kollha.

Dan qed jirrakkomandawh it-tobba ewlenin tar-Renju Unit għaliex l-istatistika turi biċ-ċar li min jibqa’ attiv għandu inqas riskju li jbati mill-obeżità, dijabete, mard tal-qalb u d-dipressjoni.

Barra minn hekk, l-istatistika turi li min jibqa’ attiv anke fl-anzjanità jnaqqas ir-riskju li jaqa’ u jweġġa’.

Li wieħed jibqa’ attiv u jagħmel l-eżerċizzju huwa importanti għas-saħħa biex inaqqas mid-diġenerazzjoni tal-muskoli u l-għadam.

Għall-adulti bejn id-19 u l-64 sena, huwa rakkomandat eżerċizzju ta’ kuljum b’eżerċizzji imqar darbtejn f’ġimgħa biex jissaħħu aktar il-muskoli tal-ġisem. Filwaqt li l-ħin ta’ inattività, bħal pereżempju min iqatta’ ħafna ħin bilqiegħda, m’għandux ikun għal perjodi twal.

Għal dawk ‘il fuq minn 65 sena, huwa rakkomandat eżerċizzju fiżiku bħal mixi, Thai Chi jew żfin u kemm jista’ jkun ma jqattgħux wisq ħin inattivi.

In-nisa tqal għandhom jagħmlu madwar 150 minuta eżerċizzju moderat u ftit intensiv fil-ġimgħa. Biss però mhux rakkomandat eżerċizzju fiżiku iebes ħafna jekk dawn qatt ma kienu jagħmlu dan it-tip ta’ eżerċizzju qabel. Wara t-tqala, in-nisa għandhom jikkonċentraw fuq  madwar 150 minuta attività fiżika fil-ġimgħa fejn jaraw li jsaħħu l-muskoli.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

L-uffiċjali tal-Guardia Costiera Lucia Licciardi u Leopoldo Manna ġew akkużati bi qtil ta’ 268 persuni fosthom 60 tifel u tifla wara li naqsu milli jaqdu dmirijiethom. Il-każ imur lura għall-11…

Barranin

Xjentisti fl-Istati Uniti jemmnu li sabu kura għall-virus li jikkawża r-riħ u viruses oħra li jixbħuh u li jistgħu jikkawżaw paraliżi. Għall-kuntrarju tal-perċezzjoni li teżisti, sal-lum ma teżistix kura għar-riħ,…

Barranin

L-ex Prim Ministru Taljan, Matteo Renzi rriżenja mill-Partit Demokratiku biex joħloq partit ieħor. Id-deċiżjoni ta’ Renzi jaf timmina l-koalizzjoni l-ġdida li ffurmat ftit tal-jiem ilu bejn il-PD u l-Moviment Cinque…

Barranin

Sarah Thomas kisret rekord tal-għawm meta qasmet mir-Renju Unit sa Franza erba’ darbiet fuq xulxin, tant li qattgħet 54 siegħa fl-ilma. Thomas, li għandha 37 sena u hija Amerikana, hija…

Aktar