Kultura
Kerċem bi Rxoxt mekkanizzat u logħob tan-nar għal Ħadd il-Għid

Il-Ġimgħa Imqaddsa tilħaq il-qofol tagħha bil-qawmien ta’ Ġesù Kristu mill-mewt. F’ħafna lokalitajiet fejn ma toħroġx l-istatwa ta’ Kristu Rxoxt, issir il-funzjoni ta’ Ħadd il-Għid bħas-soltu, iżda għall-komunità ta’ Kerċem, raħal żgħir f’Għawdex, Ħadd il-Għid filgħodu din is-sena se jkollu tifsira speċjali u bi spettaklu mhux tas-soltu.

Sibna lil Joseph Grech, mhedi jaħdem fuq kunċett ġdid tal-Irxoxt fir-raħal ta’ Kerċem. Irxoxt mekkanizzat akkumpanjat bil-logħob tan-nar. Dan ir-raħal ċkejken b’popolazzjoni ta’ 1,600 ruħ, huwa magħruf għall-istrutturi li joħloq bil-logħob tan-nar fil-festa tal-Madonna tas-Sokkors, iżda din ta’ Ħadd il-Għid se tkun ġdida, u kif qalilna Jonathan Mercieca, jittamaw li titkompla fis-snin li ġejjin.

Jonathan Mercieca qal “għandna dan il-qabar hawnhekk li meta jinfetaħ jitla’ l-Irxoxt mekkanizzat b’diversi anġli telgħin miegħu”.

Jista’ jissejjaħ spettaklu, kif jafu jagħmlu l-Għaqda tan-Nar ta’ Kerċem, bl-għajnuna tal-Ministeru għal Għawdex, permezz ta’ fondi minn skema immirata lejn l-għaqdiet mhux governattivi. Ix-xogħol beda f’Diċembru li għadda.

Jonathan Mercieca qal “ilna għaddejjin mix-xhur xitwin ta’ Diċembru, bdejna naħsbu fuq din l-affari, imma fl-aħħar wasalna u se ntellgħuh il-Ħadd li ġej”.

Dan ma kienx xogħol faċli imma meta t-talent ixammar il-kmiem u jiltaqa’ mad-determinazzjoni, il-Kerċmin jafu iqumu għall-okkażjoni.

Jonathan Mercieca qal “l-iktar biex tagħmel kollox mekkanizzat. Tagħmel l-anġli jitħarrku, l-Irxoxt jitħarrek u li tagħmel kollox jiċċaqlaq. Hemm ħafna ħsibijiet fih din l-affari. Hemm ħafna uġigħ ta’ ras biex toħroġ dawn l-effetti kollha.”

L-Irxoxt f’Kerċem se joħroġ fl-10 tal-Ħadd filgħodu.

Aħbarijiet Oħra
Elezzjoni

Mis-sala tal-għadd tal-voti, dawk preżenti jinsabu fil-fażi tal-aġġudikazzjoni tal-vot – fejn il-voti li warrbu l-iscanners iridu jiġu aġġudikati mir-rappreżentanti tal-partiti fejn jieħdu deċiżjoni finali fuqhom. Il-proċess tat-35,00o vot aġġudikati jitlob…

Pulizija

Il-Korp tal-Pulizija qasam xi ritratti fuq il-midja soċjali biex jirringrazzjja lil dawk kollha li ħadmu qatigħ f’dawn l-aħħar tliet ijiem, hekk kif saret l-elezzjoni tal-Parlament Ewropew u l-Kunsilli Lokali 2019….

Elezzjoni

Mistoqsi dwar ir-riżultat tal-elezzjoni tal-Parlament Ewropew, il-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia qal li anke fil-perjodu li l-Partit Nazzjonalista kien fil-Gvern, matul dawk il-25 sena, beda jnaqqas fil-voti. Spjega…

Aktar