Barranin
Kieku jkollok bżonn trapjant taċċetta organu ta’ ħanżir?

Fil-futur qarib, il-bniedem jaf jibda jirċievi trapjanti mill-ħnieżer.

Dan wara li riċerkaturi fil-Ġermanja, l-Iżvizzera u l-Iżvezja b’suċċess irnexxielhom jgħajxu numru ta’ xadini li sarilhom trapjant tal-qalb – bid-donatur ikun annimal ta’ speċi differenti – il-ħanżir.

Ix-xadini li sarilhom it-trapjant kienu l-Anubis baboons u dawn irnexxielhom jgħixu għal sitt xhur wara l-intervent.

Dawn it-trapjanti kienu ta’ suċċess wara li l-ħnieżer ġew immodifikati biex jibdew jipproduċu żewġ proteini bħalma jipproduċi l-bniedem li jiblukkaw rispons immunitarju f’ċelloli ‘aljeni’. Dawn ġew immodifikati wkoll biex jibdew jipproduċu l-kimika thrombomodulin, li tipprevjeni d-demm milli jgħaqad wara l-operazzjonijiet.

Ir-riċerkaturi jemmnu wkoll li xogħolhom kien ta’ suċċess għaliex il-qlub tal-ħnieżer inżammu wkoll f’temperatura ta’ 8C flok f’temperaturi aktar baxxi.

Fl-esperiment, ix-xadini ngħataw xi mediċini biex iwaqqfu l-qlub milli jikbru aktar filwaqt li l-pressjoni tad-demm inżammet baxxxa biex tkun simili għal dik tal-ħnieżer.

It-trapjant ta’ organu bejn żewġ speċi differenti jissejjaħ ‘xenotransplantation’ u jaf, fil-futur qarib, ikun is-soluzzjoni għan-nuqqas ta’ organi li jkollu bżonn il-bniedem f’bżonn ta’ trapjanti urġenti.

Din ir-riċerka ġiet ippubblikata fil-ġurnal Nature.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Is-sehem ta’ George Ezra, Little Mix, “The 1975”, u l-artist Hugh Jackman, li interpreta kanzunetta mill-film “The Greatest Showman”, kienu wħud mill-attrazzjonijiet fis-serata tal-BRIT Awards f’O2 Arena f’Londra. L-istennija iżda…

Barranin

Uħud mill-immigranti li kienu abbord id-dgħajsa Diciotti qed ifittxu għad-danni lill-Gvern Taljan talli baqgħu bejn sema u ilma għal diversi jiem jistennew l-eżitu tal-kwistjoni li nqalgħet fis-Sajf li għadda. 41…

Barranin

Qed ikun meqjus l-ewwel każ tax-xorta tiegħu fl-istorja politika, dak tal-Prim Ministru tas-Serbja Ana Brnabic, li s-sieħba tagħha għadha kemm welldet tifel. Brnabic, li għandha 43 sena, hija mhux biss…

Barranin

Terapija ġdida fl-Ingilterra qed tagħti tama lil dawk li qed jitilfu l-vista. L-isptar Oxford Eye, f’Ingliterra qiegħed jamministra terapija marbuta mal-ġenetika tal-persuna biex jgħin lill-pazjenti li jbatu biex jaraw ma…

Aktar