Lokali
“Kieku kont ftit metri ‘l quddiem kienet teħel fija” – Frans Sant jeħlisha bi żbrixx mill-bomba fil-Bidnija

Frans Sant, li lbieraħ jidher li kien l-uniku persuna li ra l-karozza ta’ Daphne Caruana Galizia tisplodi, irrakkonta kif ħelisha bi żbrixx hekk kif il-karozza splodiet eżatt quddiemu.

Is-Sur Sant, viżibbilment taħt xokk, qal li dan l-episodju kien għalih trawmatiku għax affarijiet bħal dawn qatt m’għadda minnhom.

“Kienet splużjoni kbira ħafna, kont wasalt qrib tagħha, għax kont ġej minn faċċata tagħha bil-karozza,” fisser Sant.

“Tant kienet qawwija li l-karozza baqgħet ġejja għal ġo fija, imma b xorti tajba għaddiet żbrixx minn quddiemi, ħuġġieġa nar, u inzertat qabżet il-ħajt u baqgħet sejra għal ġol-għelieqi,” qal Sant. “Kieku kont ftit metri biss iżjed ‘il quddiem kienet teħel fija.”

Ara hawn l-aħħar aġġornament mix-xena tal-isplużjoni fil-Bidnija:

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Filmat esklussiv li qed ixandar tvm.com.mt juri s-sekwenza kollha ta’ mara li allegat li sar attentat biex jaħtfu lil binha li kien fil-pushchair f’ħanut f’Birżebbugia. Fil-filmat jidher li din l-omm…

Lokali

Xahrejn wara li seħħet serqa mill-Knisja Parrokkjali ta’ Kristu Re f’Raħal Ġdid, il-lejl li għadda, l-istess knisja kienet fil-mira ta’ ħalliel. Iżda din id-darba, grazzi għall-intervent tal-Pulizija tar-Rapid Intervention Unit,…

Lokali

Il-Partit Laburista permezz tad-Deputat Prim Ministru Chris Fearne u d-deputat Glen Bedingfield immarkaw il-fatt li fil-Parlament ilbieraħ kien hemm disa’ deputati tal-Oppożizzjoni fosthom seba’ tal-Partit Nazzjonalista li ma appoggjawx il-mozzjoni…

Aktar