Politika
“Kieku ma narax xaqq ta’ dawl diġà tlaqt” – Salame dwar il-kriżi Libjana

Waqt żjara f’Malta, il-mibgħut speċjali tan-Nazzjonijiet Magħquda għal-Libja, Ghassam Salame, sostna li l-uniku soluzzjoni realistika għall-kriżi Libjana hija waħda politika, u li għandu fiduċja wkoll li din hija fattibbli.

Mistoqsi minn TVM jekk jarax xaqq ta’ dawl, anki fl-isfond tal-qtil ta’ tliet uffiċjali tas-sigurtà tiegħu l-ġimgħa l-oħra, Salame qal li kieku ma jarax tama, diġà telaq. Huwa elenka l-kisbiet li saru u qal li l-proċess kien qed jarah miexi ‘l quddiem.

Esprima l-fehma li l-episodju militari li beda fl-4 t’April se jibda riesaq lejn tmiemu u juri li ma jistax joffri soluzzjoni fih innifsu. Qal li b’hekk se jerġa’ jiġi ż-żmien għall-attiviżmu politiku.

Segwi l-kumment sħiħ ta’ Ghassam Salame għall-mistoqsijiet ta’ Reno Bugeja:

Ara wkoll:

Ir-rappreżentant tal-UN f’Malta – itenni l-impenn għal soluzzjoni politika fil-Libja

Aħbarijiet Oħra
Reliġjon

Mat-twaqqif tad-Dar tal-Kleru – residenza għal saċerdoti anzjani jew morda – twaqqfet ukoll il-komunità tas-Sorijiet imsejħa”Qaddejja taċ-Ċenaklu” li ilhom ħamsa u ħamsin sena jiddedikaw ħajjithom għas-saċerdoti f’din id-dar. TVM żar…

Lokali

Tibda l-ġimgħa li twassal biex jitla’ s-siparju fuq waħda mill-eqdem ċelebrazzjonijiet f’Malta . . . il-Karnival. Il-karru ewlieni, li juri r-Re tal-Karnival, ser ikun sar mill-istess idejn li ħadmu fuq…

Lokali

“Sunrise” – a socio contemporary comedy and monologue has opened. Humorous at times, this production is being staged at a theatre in Valletta. Described by The Guardian UK as an…

Lokali

Għoxrin sena mit-twaqqif tal-Fondazzjoni Kreattività qed jiġu ċċelebrati b’diversi proġetti fl-Ispazju Kreattiv il-Belt kif ukoll bi pjani biex ikompli jissaħħaħ il-qasam tal-kreattività. Matul din is-sena qed jitfakkar l-20 sena mit-twaqqif…

Aktar