Barranin
Kieku tagħżel li ssir kompost wara mewtek?

Washington huwa l-ewwel stat Amerikan li għadda liġi biex persuni jkollhom l-għażla li wara mewthom jinbidlu f’kompost għall-ħamrija.

Din il-possibiltà hija alternattiva għad-difna u l-kremazzjoni, u utli b’mod partikolari f’postijiet bħall-ibliet fejn ikun hemm nuqqas ta’ spazju għaċ-ċimiterji.

Meta l-katavru jsir kompost, dan jingħata lill-qraba tal-mejjet, li jistgħu jużawh biex fih jiżirgħu pjanti jew siġar.

L-ewwel kumpanija li se tkun qed toffri dan is-servizz f’Washington spjegat li l-katavru jitpoġġa f’kontenitur tal-azzar li jkun mimli bl-alfalfa, biċ-ċana u bit-tiben.

Il-kontenitur imbagħad jingħalaq, u f’temp ta’ 30 jum il-katavru jiddikomponi b’mod naturali u joħloq daqs żewġ karretti ħamrija.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Ta’ kull filgħodu Vinod Kapri, Indjan li jaħdem fix-xena tal-films minn New Delhi jiċċekkja Twitter. Biss ftit kien jaf li dik it-tfittxija fuq Twitter mhix tas-soltu u se tibdillu ħajtu….

Barranin

F’Toronto l-Kanada, erba’ persuni indarbu fi sparar li seħħ waqt ċelebrazzjoni għar-rebħa tat-tim tal-Basketball Toronto Raptors. L-attakk seħħ matul il-jum, waqt li eluf ta’ nies entużjasti għal dan it-tim tal-basketball…

Barranin

L-ex president Eġizzjan Mohammed Morsi miet fil-Qorti waqt li kienet qed tinstema x-xhieda kontrih. Morsi ħassu ħażin u miet fl-awla. Morsi, li kellu 67 sena, kien qed jattendi smigħ tas-seduta…

Barranin

Dokument ippubblikat illum mill-Vatikan ħabbar l-intenzjoni li s-sinodu jiddiskuti l-possibiltà li rġiel miżżewġa f’partijiet mill-Amerka Latina jitħallew jidħlu għas-saċerdozju. Il-materja se tittella’ quddiem is-sinodu, li se jitlaqqa’ f’Ottubru li ġej,…

Aktar