Barranin
“Kien attakk koordinat… sitwazzjoni serja ħafna” – Prof. Michael Bugeja dwar dak li seħħ fl-Istati Uniti

Il-Professur Michael Bugeja, lettur tal-etika fil-midja fl-Università ta’ Iowa, iddeskriva s-sitwazzjoni politika fl-Istati Uniti bħala waħda serja ħafna.

Meta kien qed jiġi intervistat waqt TVAM, il-Professur Bugeja aċċenna għall-attakk li kien hemm fil-US Capitol, fejn eluf ta’ persuni daħlu bil-forza u ħamsa tilfu ħajjithom. Qal li l-aħħar attakk ta’ din ix-xorta seħħ fil-gwerra tal-1812 meta l-Brittaniċi ħarqu l-US Capitol.

Il-Prof. Bugeja qal li bħalissa hemm 15,000 suldat tal-gwardja nazzjonali għassa mal-US Capitol, li huwa ammont ikbar milli hemm fl-Iraq u fl-Afganistan.

Segwi l-intervista sħiħa mal-Prof. Bugeja hawn:

Ara wkoll:

Jibdew il-proċeduri ta’ tneħħija wara li pprovoka l-protesti vjolenti u qattiela fil-Capitol