Barranin
Kien beħsiebu jipproponilha iżda biċċirha

Il-Professur Russu, Oleg Sokolov deher quddiem il-qorti ta’ San Pietruburgu lbieraħ mixli bil-qtil makabru ta’ Anastasia Yeshchenko.

Sokolov, li għandu 63 sena, u huwa espert fil-qasam tal-istorja speċjalment fejn jidħol Napuljun u l-epoka li għex fiha, qed jiġi akkużat li qatel lill-ex studenta u maħbuba tiegħu.

L-istorja kollha nkixfet meta Sokolov kellu bżonn l-għajnuna l-għaliex kien qed jegħreq fi xmara. Huwa ttella’ mill-ixmara u fuqu nstablu basket b’dirgħajn Yeshchenko.

Huwa kien qed jippjana li jeħles mill-fdalijiet tat-tfajla iżda sab ruħu f’diffikultà tant li kważi għereq.

Mill-investigazzjonijiet tal-pulizija, il-bqija tal-fdalijiet tat-tfajla ta’ 24 sena nstabu fil-propjetà ta’ Sokolov.

Fil-Qorti, Sokolov qal li jiddispjaċih sal-mewt b’dak li għamel tant li kellu f’moħħu jipproponilha. Huwa qal li qabel qatilha kellhom argument dwar it-tfal tiegħu.
Aħbarijiet Oħra
Barranin

Is-sindku ta’ Seoul, Park Won-soon instab bla ħajja fuq il-muntanja Bukak fl-inħawi ta’ Seongbuk-gu, ftit ‘il bogħod mir-residenza tiegħu. Il-pulizija ma żvelawx biex miet iżda mhumiex qed jeskludu li dan…

Barranin

Se jiġi restawrat il-kampnar tal-Katidral tan-Notre Dame f’Pariġi, li kien inqered f’nirien li ħakmu l-binja f’April tas-sena l-oħra. Huwa se jkun restawrat skont id-disinn oriġinali Gotiku tiegħu. Din id-deċiżjoni tħabbret…

Barranin

Fl-Istati Uniti , il-Qorti Suprema ddeċidiet li l-assi finanzjarji tal-President Donald Trump jistgħu jkunu eżaminati iżda sostniet li f’każ ieħor l-informazzjoni ma tistax tingħata lill-Kungress. Trump ma jridx li jippubblika…

Barranin

Studju riċenti li sar fl-Italja, wieħed mill-pajjiżi madwar id-dinja li ntlaqat ħażin mill-Covid-19, sab li n-nisa tqal jistgħu jgħaddu l-virus lit-tarbija tagħhom fil-ġuf mis-sekonda. Il-Professur Claudio Fenizia, mill-Università ta’ Milan…

Aktar