Lokali
Kien fi stat ta’ ġenn meta wettaq serqa b’pepper spray f’Tas-Sliema

B’verdett ta’ seba’ voti favur u tnejn kontra, Oliver Krautscheid, Ġermaniż ta’ 33 sena nstab li kien fi stat ta’ ġenn meta allegatament wettaq serqa b’pepper spray f’Tas-Sliema.

Il-ġurin instema’ quddiem l-Imħallef Aaron Bugeja u l-ġurati riedu jiddeċiedu dwar l-istat mentali tal-akkużat qabel titkompla l-kawża kriminali fil-konfront tiegħu. Is-serqa seħħet fil-25 ta’ Frar tas-sena li għaddiet.

Fil-verdett tagħhom, il-ġurati waslu għall-konklużjoni li meta seħħ il-każ, Krautscheid li huwa sid ta’ negozju, kien ibati minn mard mentali.

Għall-akkużat dehru l-Avukati Dustin Camilleri u Ezekiel Psaila.