Barranin
Kien fi triqtu lejn kunċert meta tilef ħajtu traġikament

Cadet, rapper Ingliż kien fi triqtu lejn l-Universita Keele biex ikanta f’kunċert meta tilef ħajtu traġikament.

Blaine Cameron Johnson, magħruf fid-dinja tal-mużika rap bħala Cadet, tilef ħajtu fl-eta ta’ 28 sena meta kien passiġġier f’taxi.

It-taxi li fiha kien riekeb Cadet kienet involuta f’inċidnet tat-traffiku ma’ vann li ħasditlu ħajtu.

Iż-żewġ sewwieqa jinsabu l-isptar f’kundizzjoni gravi.

Kienu bosta fuq il-midja soċjali li esprimew id-diqa malli semgħu bl-aħbar u qalu li Cadet kellu potenzjal kbir u kien viċin il-quċċata tal-karriera mużikali tiegħu.

Aħbarijiet Oħra
Reliġjon

Il-Papa Franġisku preseda l-funzjoni tal-Adorazzjoni tas-Salib fil-Bażilika ta’ San Pietru fil-Vatikan. Il-funzjoni saret bil-Latin għalkemm l-omelija saret minn Patri Raniero Cantalamessa bit-Taljan li bbaża l-omelija tiegħu fuq it-tbatija ta’ Kristu…

Barranin

Ġurnalista li kienet qed tirrapporta dwar irvell f’Londonderry fl-Irlanda nqatlet b’tir. Il-Pulizija qed tittratta dan il-każ bħala inċident terroristiku. Intant, dissidenti Repubblikani qed jiġu akkużati bil-qtil ta’ Lyra McKee ta’ 29…

Barranin

Il-Papa Franġisku ċċelebra l-Quddiesa tal-Aħħar Ċena ta’ Ħamis ix-Xirka f’ħabs qrib Ruma. Huwa ħasel u bies saqajn tnax-il ħabsi. Din hija l-ħames darba li l-Papa mexxa s-servizz lil hinn mill-Vatikan,…

Barranin

Bradley Welsh, boxer, futboler, u attur Skoċċiż, inqatel fi sparatura f’Edinburgh. Bradley, li kellu 42 sena, kien ħalla l-isports warajh biex daħal fid-dinja taċ-ċinema. Huwa kien wieħed mill-atturi ewlenin fil-film…

Aktar