Qorti
Kien ibigħ id-droga biex isostni l-vizzju tiegħu stess

Raġel ammetta fil-Qorti li kien jittraffika d-droga biex jiffinanzja l-vizzju li kellu huwa stess għad-droga.

Robert Spiteri ta’ 50 sena mill-Belt Valletta kien arrestat mit-Taqsima ta’ kontra d-Droga wara li lbieraħ inqabad fil-fatt mill-Pulizija ibigħ id-droga lil terzi persuni fil-Marsa.

Boroz ta’ droga nstabu għand l-akkużat irriżultaw li kienu b’2 grammi ta’ droga sintetika, li skont Spiteri kienu mezz ta’ kif jista’ jsostni lilu nnifsu biex jibqa’ jikkonsma d-droga.

Meta dalgħodu tressaq il-Qorti, Spiteri ammetta l-akkużi miġjuba kontrieh fosthom ta’ pussess u traffikar ta’ drogi psikotropiċi, pussess ta’ eroina, u li wettaq reat mal-100 metru minn post iffrekwentat miż-żgħażagħ.  Ir-raġel kien ukoll riċediv.

Fid-dawl tal-ammissjoni fi stadju bikri, il-Qorti ppreseduta mill-Maġistrat Doreen Clarke ikkundannat lir-raġel 18-il xahar ħabs u multa ta’ €500 li trid titħallas fi żmien sena.

Il-Qorti ordnat il-konfiska u d-distruzzjoni tad-droga li nqabdet meta Spiteri ġie arrestat ilbieraħ.  Għall-akkużat deher l-avukat Simon Micallef Stafrace.

Ara wkoll:

Raġel arrestat wara li ntlemaħ ibigħ id-droga sintetika fil-Marsa

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Fi tmiem laqgħa mqanqla tal-eżekuttiv tal-Partit Nazzjonalista li intemmet għall-ħabta tal-11.10pm., il-Kap tal-Partit Adrian Delia qal li hu għamel 10 proposti dwar it-tibdiliet li jeħtieġ il-Partit biex jimxi ‘il quddiem….

Politika Lokali

Fi tmiem il-laqgħa tal-Eżekuttiv tal-Partit Nazzjonalista li ltaqa’ t-Tnejn filgħaxija, b’post fuq facebook, Pierre Portelli ħabbar li kien qiegħed jirriżenja minn Chairman Eżekuttiv tal-kumpanija tal-media tal-Partit Nazzjonalista. Hu qal li…

Sport

Il-klabb akwatiku ta’ Birżebbuġa beda inizjattiva bil-kollaborazzjoni tal-awtoritajiet edukattivi biex iħajjar aktar studenti jibdew jipprattikaw l-għawm jew il-waterpolo. Studenti mill-iskejjel fin-naħa t’isfel ta’ Malta qed jibbenefikaw minn din l-inizjattiva, waqt…

Saħħa

Għall-ewwel darba l-Isptar Mater Dei nbidel f’ċentru ta’ eċċellenza hekk kif kardjoloġisti mill-aqwa sptarijiet ġew Malta biex jaraw kif jistgħu japplikaw sistema ġdida li biha l-kura lill-pazjent qed tingħata b’aktar…

Aktar