Qorti
Kien iħallas kera ta’ €3,500 fix-xahar biex jgħix ġo villa fil-Wardija

Jordan Azzopardi li jinsab mixli bi 15-il akkuża li jvarjaw mit-traffikar tad-droga sa vjolenza u flus foloz, kien iħallas kera ta’ €3,500 fix-xahar għall-villa fejn kien jgħix fiż-żona magħrufa ta’ San Martin, fil-limiti tal-Wardija. Dan ħareġ fil-kumpilazzjoni tax-xhieda quddiem il-Maġistrat Doreen Clarke.

Sid il-Villa, il-Perit Reuben Vassallo xehed li krieha għal sena lil Kelly Barrows. Il-ġardinar tal-villa Jason Camilleri, xehed li fiha kien joqgħod Jordan Azzopardi.

Owen James Formosa li kien jixtri l-kokaina mingħand ċertu Ramires li qal kien ikollu l-problemi ma’ Azzopardi. Xehed li darba qala’ xeba’ mingħand l-akkużat u tnejn oħra, għax issuspetta li kien qed jieħu l-klijenti tiegħu sabiex jixtru d-droga mingħand ħadd ieħor.

L-avukati difensuri Arthur Azzopardi u Alfred Abela tennew t-talba għall-ħelsien mill-arrest tal-akkużat.

Aħbarijiet Oħra
Qorti

Ġuvni taħt l-età nżamm arrestat wara li llum tressaq quddiem il-Qorti akkużat li uża arma waqt argument familjari li fih kien involut missieru, is-sieħba ta’ missieru, u binha żgħir. L-akkużat,…

Qorti

Priġunier fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin qed ikun akkużat li ħebb għal supervisor waqt li dan tal-aħħar kien qed jaqdi dmiru. Anthony Borg ta’ 36 sena llum tressaq il-Qorti taħt arrest,…

Gazzetti

Din hija ħarsa ħafifa lejn il-gazzetti ppubblikati llum il-Ħadd 18 ta’ Awwissu 2019: Fl-ewwel paġna ta’ Times of Malta insibu ritratt tas-sit fejn hu propost li jinbena kumpless ta’ garaxxijiet…

Aktar