Kien il-ħabs u jixtieq jidħol lura mill-ġdid

Raġel li ftit tax-xhur ilu kien il-ħabs, skonta s-sentenza tiegħu u ħareġ mill-ħabs bit-tir li jibda jgħix il-ħajja tiegħu fil-komunità. Biss ix-xewqa ta’ dan ir-raġel għal dan il-Milied hija li jerġa jidħol lura l-ħabs, u mhux għal xahar jew tnejn iżda li jgħix għomru l-ħabs.

“Qed ngħix f’sitwazzjoni tal-biki, il-ħabs lanqas kont hekk” hekk tenna dan ir-raġel li qed isiba diffiċli ħafna biex ħajtu fil-komunità. Qalilna li anke l-bżonnijiet bażiċi li l-ħabs kellu b’xejn bħal l-ikel u l-ħasil tal-ħwejjeġ, barra mill-ħabs mhux jirnexxielu jagħmilhom; “Il-kontijiet tad-dawl ġejjien bl-addoċċ, ma nistax inlaħħaq ma’ xejn”. Tenna li aħjar il-ħabs għaliex għalkemm hemm id-dixxiplina, persuna ma tħossix waħidha jkolla min iħobbha, ikel u visti tat-tobba. “Inħossni waħdi, kulħadd qisu jwarrabni” tenna dan ir-raġel. Qasam magħna li barra mill-ħabs ma jaffordjax sempliċiment jinħasel jew jaħsel il-maskla, sitwazzjoni li meta kien ġewwa qatt ma għadda minnha. Saħaq li xogħol ma jistax isib għaliex jaħsbuh xi qattiel; “biss jien parti mill-poplu, nies bħalkom. Qed ngħix f’sitwazzjoni fejn jekk ikolli niekol u jekk ma jkollix ma niekolx”.

Huwa qal li jixtieq li jingħata ċ-ċans li jħallas bil-mod il-mod il-kontijiet u l-bżonnijiet tiegħu u mhux kollox f’daqqa.