Stejjer Umani
Kien involut f’inċident tat-traffiku u waqaf jgħinu l-Prim Ministru Robert Abela

Gregory qasam l-istorja tiegħu fuq il-medja soċjali fejn irrakkonta kif il-Prim Ministru Robert Abela u individwu ieħor waqfu jgħinuh wara li kellu inċident bil-mutur f’Ħal Luqa.

L-inċident seħħ nhar l-Erbgħa fil-23.30 meta Gregory kien għaddej bil-mutur f’Ħal Luqa, intlaqat min karozza li baqgħet sejra u spiċċa fl-art bil-mutur fuqu.

Dak il-ħin inzerta kien għaddej il-Prim Ministru Robert Abela li waqaf jassistieh u neħħa l-mutur minn fuqu waqt li x-xufier tal-Prim Ministru tefa’ l-karozza quddiem ir-raġel fil-art biex jiġi evitat li jitajjar.

Gregory qal li l-Prim Ministru baqa’ miegħu sakemm waslet l-ambulanza u xtaq jieħu l-opportunità u jirringrazzja lill-Prim Ministru għal dan il-ġest nobbli u lir-raġel l-ieħor li inzerta fil-post tal-inċident.

https://www.facebook.com/626983175/videos/10157810048883176/