Lokali
“Kien jirnexxilu jżomm bilanċ bejn l-umanità u l-intelliġenza, ġenju ta’ veru”

Ħbieb u qraba li kienu jafu mil-qrib lil Professur Aaron Casha ddeskrivewh bħala ġenju li kien kapaċi jsib bilanċ bejn l-umanità u l-intelliġenza straordinarja li kellu u li se tibqa’ ħajja f’diversi pubblikazzjonijiet tiegħu.

Il-missier ta’ żewġt itfal kien qatta’ ħames snin jistenna donatur għat-trapjant tal-kliewi waqt li sena ilu marad b’kundizzjoni kronika u s-Sibt li għadda nstab pożittiv għall-COVID-19.

Ħabib tiegħu qal li se jibqa’ jiftakru bħala kirurgu tal-qalb bl-ikbar qalb.

Nhar it-Tlieta li ġej il-Professur Aaron Casha kien se jagħlaq 54 sena. Ħafna minnhom iddedikahom għall-familja, għar-riċerka, għat-tagħlim u biex jagħti ċans ta’ ħajja jew ħajja aħjar lil pazjenti b’mard tal-qalb, kif stqarr magħna l-ħabib u kollega tiegħu l-Professur Joseph N. Grima.

“Tilfu l-pazjenti li hu ħadem magħhom, tilfu l-istudenti tal-mediċina li kienu jitgħallmu mingħand Aaron, aħna d-dinja akkademika tilfet mill-ideat brillanti li huwa kellu, mill-artikli u teoriji li kien jikteb u jifformula, it-telfa tiegħu ħa tinħass ċertament.”

Il-Professur Grima qal li l-Professur Casha kien riċerkatur u akkademiku brillanti b’minjiera ta’ għerf u ideat.

“Kien jirnexxilu jżomm bilanċ bejn l-umanità u l-intelliġenza, ġenju ta’ veru.”

Il-Professur Casha kien miżżewweġ u missier ta’ żewġt itfal. Martu hija konsulent dwar l-uġigħ fl-ITU. Bintu l-kbira Hannah kitbet li l-kuraġġ ta’ missierha kien isaħħar lil dawk ta’ madwaru, partikolarment tul din l-aħħar sena meta kien qed jipprova jikseb saħħtu lura b’ħafna ħin iqattgħu l-isptar jirċievi l-kura. Mal-kundizzjonijiet kroniċi li kellu, nhar is-Sibt li għadda nstab pożittiv għal COVID-19. Sieħbu qalilna li wliedu kienu l-aktar ħaġa għażiża għalih.

“Kien jgħidli jiena rrid li dak li nagħmel jien, uliedi jkunu kburin bija, jiġifieri hu x-xogħol li kien jagħmel kien iħares lejh minn dak l-aspett li f’uliedu jridu jkunu kburin u kienet karatteristika fih li jekk jagħmel xi ħaġa jagħmilha mill-aħjar li jista’.”

Il-ħabib tiegħu, Frank O’Neill qal li d-dinja se tkun aktar fqira mingħajr il-Professur Casha li ddeskrivih bħala kirurgu tal-qalb bl-ikbar qalb.

Aħbarijiet Oħra

Il-Ministeru għas-Saħħa ħabbar li anzjana ta’ 78 sena mietet waqt li kienet pożittiva bil-Covid-19. L-anzjana kienet ikkonfermata pożittiva għall-Covid-19 l-ewwel darba fil-11 ta’ Awwissu u ġiet ikkonfermata li negattiva għall-Covid-19…

L-MUT laqgħet id-deċiżjoni tal-Gvern=li l-istudenti jidħlu lura l-iskola bejn is-7 u l-14 t’Ottubru, minflok fit-30 ta’ Settembru. Fi stqarrija l-MUT qalet li kienet talbet għal dan il-posponiment biex l-iskejjel ikollhom…

Il-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol ħabbar li, filwaqt li l-edukaturi se jidħlu lura għax-xogħol fit-28 ta’ Settembru kif skedat, l-istudenti se jibdew jidħlu lura mis-7 t’Ottubru. L-istudenti tal-istat tal-età obbligatorja se…

Il-karozza tas-Sindku tal-Belt Valletta, Alfred Zammit, dal-lejl ħadet in-nar, f’dak li qed jiġi deskritt bħala att vandalu. Il-Pulizija qalet lil TVM li kien għall-ħabta ta’ nofsillejl li ssejħet fi Triq…

Aktar