Barranin
Kien qed jiċċajta li se jmut b’qalbu meta tah attakk tal-qalb

Il-kummidjant ċelebri Ingliż Ian Cognito kien għaddej bħas-soltu jdaħħak l-udjenza u jiċċajta fuq il-palk li se jmut b’qalbu meta tah attakk ta’ qalb.

Ħadd mill-pubbliku preżenti ma ntebaħ li Cognito fil-vera sens tal-kelma kien qed itih attakk tal-qalb meta poġġa fuq siġġu u tefa’ rasu u jdejh lura. Kulħadd kien konvint li din kienet parti miċ-ċajta iżda meta l-kummidjant ma tħarrikx wara għadd ta’ minuti, dawk preżenti ntebħu li kien hemm xi ħaġa ħażina.

Ambulanza u tim mediku ssejħu għall-għajnuna f’Atic Bar f’Bicester fejn kien għaddej b’xogħlu l-kummidjant, iżda Cognito ġie ddikkjarat mejjet fuq il-post.

Jimmy Carr, kummidjant li ġie aktar minn darba f’pajjiżna, fuq Twitter sellem il-memorja ta’ Cognito u qal li miet jagħmel dak li kien iħobb l-aktar – iferraħ u jdaħħak lin-nies.

 

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Il-kittieb Sqalli, Andrea Camilleri, miet fl-età ta’ 93 kmieni dalgħodu. Camilleri, li kien magħruf għall-kotba tiegħu tal-Kummissarju Montalbano, miet fl-isptar fejn kien rikoverat wara li kien sofra minn attakk tal-qalb…

Unjoni Ewropea

Il-Parlament Ewropew għadu kif approva n-nomina tal-Ġermaniża, Ursula von der Leyen bħala President tal-Kummissjoni Ewropea għall-ħames snin li ġejjin. Kif mistenni qabel il-vot tal-lejla, il-Parlament kien maqsum fuq in-nomina tagħha…

Barranin

L-għaqda bejn l-istati membri u t-tħaddin tal-valuri Ewropej kienu fil-qofol tal-viżjoni li l-Ġermaniża Ursula von der Leyen ppreżentat lill-Parlament Ewropew. F’diskors ta’ madwar nofs siegħa li matulu osservaturi qalu li…

Barranin

Kemm-il darba smajna li ġew arrestati wara li nqabdu li ħbew id-droga xi mkien. Kienu l-ħafna l-moħbiet li smajna bihom iżda din taf tissorprendi lil bosta. Raġel fi Spanja ġie…

Aktar