Qorti
Kien se jaqla’ €5,000 talli organizza t-trasport tal-200kg kannabis bejn Sqallija u Malta

Bdiet il-kumpilazzjoni tax-xhieda kontra ż-żewġ Sqallin u l-Malti akkużati fost oħrajn bi traffikar ta’ droga.  Xehed fost oħrajn l-Ispettur Kevin Pulis mill-Iskwadra ta’ kontra d-Droga li qal li kien irċieva informazzjoni li fl-imħażen tal-kumpanija tat-trasport f’Ta’ Qali seta’ kien hemm kunsinna ta’ bettieħ li magħha kien hemm id-droga.

Qal li minnufih marru jinvestigaw u sabu kunsinna ta’ bettieħ u taħtha droga kannabis. Kif kienu hemm daħal Sqalli, Francesco Pisano ta’ 41 sena, li mar biex jiġbor palette bi tliet kaxxi dulliegħ. L-ispettur Pulis qal li ċċekkja jekk id-dulliegħ tgħabbix flimkien mal-bettieħ u meta kellu konferma waqqfu lil Pisano u sabu li anki taħt id-dulliegħ kien hemm id-droga kannabis.

Żied jgħid li lil Pisano arrestawh u talab lill-Maġistrat sabiex jagħmlu controlled delivery tal-bettieħ anki għaliex kien hemm persuna li kienet qed iċċempel lil Farhenheit biex tara x’ħin se ssir id-delivery. Qal li kumpanija tat-trasport tahom xufier biex iwettqu l-operazzjoni u d-delivery kellha ssir Ħal Luqa.

L-Ispettur kompla jixhed li fuq il-post marru b’karozza BMW li kien qed isuqha Dennis Agius ta’ 28 sena residenti San Ġwann u passiġġier kien hemm l-Isqalli Antonio Rametta ta’ 30 sena. Qal li taw il-vann tal-kumpanija tat-trasport sabiex jidħol biex iħott f’garaxx ta’ kostruzzjoni u kien dak il-ħin li l-pulizija pproċediet u arrestat lil Agius u Rametta.

Żied jgħid li minn tfittxija li saret fil-BMW instabet arma tan-nar. Qal li kollox ittieħed għand il-Pulizija għal aktar stħarriġ u nstab li filwaqt li mad-dulliegħ kien hemm 90 kilo droga, mal-bettieħ kien hemm 110 kilo droga. Qal li hu u Spetturi oħra interrogaw lill-akkużati l-għada.

Qal li Rametta qal li kien hu li kellu jieħu ħsieb it-trasport minn Sqallija għal Malta u li għamel dan ix-xogħol minħabba problemi ta’ użura u minn din il-biċċa xogħol kien se jmissu €5,000. Għal Rametti qed jidher l-Avukat Arthur Azzopardi. L-Ispettur kompla jgħid li interroga lil Denis Agius li talab lill-Avukat Franco Debono biex jassistieh u fl-interogazzjoni ma weġibx għal ħafna mistoqsijiet.

Dwar Francesco Pisano li qed jiddefendih l-Avukat Joe Giglio, l-Ispettur qal li Pisano qalilhom li hu kien imqabbad sabiex jiġbor id-droga li kien hemm mad-dulliegħ.

Il-kumpilazzjoni tax-xhieda qed tinstema mill-Maġistrat Doreen Clarke.

Ara wkoll:

Ma jinħelsux mill-arrest it-3 irġiel li nqabdu jaħbu 200kg droga mal-frott

Il-Pulizija bl-akbar qabda ta’ droga – mal-bettiegħ u dulliegħ isibu 200kg kannabis

Aħbarijiet Oħra
Waqt il-Kafé

WAQT IL-KAFÉ… ma’ Joe Julian Farrugia   Ħadd ma jaf x’jismu. Kulħadd bħala “l-għaġeb” jafu. Miskin, setgħu sabulu laqam aħjar, imma dal-laqam weħel miegħu u m’hemmx li jitilqu. Kull sena…

Qorti

Il-Qorti tal-Appell ikkonfermat li l-Kunsill Lokali u Transport Malta ma kellhomx jinżammu responsabbli għal bankina li ċediet fil-Gżira waqt xogħlijiet ta’ kostruzzjoni fuq sit privat. Christopher Mifsud fetaħ kawża biex…

Unjoni Ewropea

L-Unjoni Ewropea qed tirrealizza li għandha tirrikonoxxi l-potenzjal li għandha l-Afrika. Skont il-Prim Ministru Joseph Muscat qed jintuża ton differenti bejn iż-żewġ naħat biex mhux biss jindirizzaw il-kwistjoni tal-immigrazzjoni, iżda…

Qorti

Żewġ persuni se jitressqu l-Qorti ikar tard illum b’rabta ma’ attentat ta’ serqa li seħħet fil-ħanut Crystal Palace f’Ħaż-Żabbar ix-xahar li għadda. Skont il-Pulizija, wara investigazzjoni li ilha sejra għal…

Aktar