Lokali
Kien SMS li kkawża l-isplużjoni fatali fil-każ ta’ Daphne Caruana Galizia

Ġimgħat ta’ investigazzjonijiet wasslu biex it-Tnejn il-Pulizija arrestat 10 persuni, wara li l-investigaturi Maltin u barranin ħadmu fuq dan il-każ u rnexxielhom jiksbu biżżejjed provi biex jaslu għad-dinamika ta’ kif sar il-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia.

Il-komunikazzjoni bejn tliet irġiel qabel id-delitt saret b’mobiles ġodda fjamanti

Mit-traċċi elevati waqt l-investigazzjonijiet, sorsi qalu lil tvm.com.mt li l-Pulizija waslu għall-arrest ta’ 10 persuni.  Dan kien possibbli wara li l-Pulizija rnexxielhom jiksbu biżżejjed provi mis-sistema tat-triangulazzjoni li huma rinomati għaliha l-FBI.

Jidher li f’dawn l-investigazzjonijiet, kien hemm koperazzjoni sħiħa miż-żewġ operaturi ewlenin tat-telefonija, il-GO u l-Vodafone, li pprovdew tagħrif lill-investigaturi li seta’ kien utli biex l-investigaturi sabu tarf ta’ kif ingħatat l-ordni għall-isplużjoni tal-bomba.

Dan is-sit huwa infurmat li wieħed mill-persuni li tressaq il-Qorti llejla ġie ntraċċat li kien fl-inħawi fejn seħħet l-splużjoni fil-Bidnija dakinhar tat-Tnejn 16 t’Ottubru għall-ħabta tat-3pm.

Il-bomba saret mit-TNT

Jidher li malli wieħed mill-irġiel li kien għassa fl-inħawi tad-dar ta’ Daphne Caruana Galizia u lemaħha ħierġa, dan ċempel lil xi ħaddieħor li kien kompliċi miegħu.  Skont La Repubblica, it-tieni raġel seta’ jċempel lit-tielet persuna involuta fil-każ li kien inkarigat li jibgħat l-SMS li skatta l-isplużjoni tal-bomba.

L-SMS jikkawża l-isplużjoni

Malli ntbagħat l-SMS mit-tielet kompliċi, seħħet l-isplużjoni tal-bomba li kien hemm fil-karozza ta’ Daphne Caruana Galizia u qatlitha.  Jidher li l-Pulizija għandha biżżejjed provi wkoll li l-isplussiv użat għall-bomba huwa TNT.

Il-provi li wasslu għall-arresti

Fi stqarrija, il-Pulizija qalet li d-dettalji li nġabru ftit wara li seħħ il-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia se jkunu qed jintużaw fil-fażi tal-provi fil-kumpilazzjoni u dawn se jsiru pubbliċi f’dik il-fażi.

Kif għamlet fl-aħħar ġimgħat, il-Pulizija qalet li se tibqa’ teżerċita kawtela massima sabiex tasal għar-riżultati mixtieqa.  Il-Pulizija se tibqa’ ffukata fuq xogħolha biex issir ġustizzja f’dan il-każ ukoll.

 

Ara wkoll:

AĠĠORNAT 2: It-3 akkużati jwieġbu mhux ħatja tal-akkużi miġjuba kontriehom

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Permezz ta’ investigazzjonijiet, il-Pulizija waslet għal madwar 20 persuna li huma vittmi ta’ traffikar ta’ bnedmin. Dan ħabbru l-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali Michael Farrugia fi tweet li bagħat illejla,…

Lokali

Atleta Malti tal-Ispecial Olympics, Gilmour Borg, intgħażel biex iservi ta’ ambaxxatur tal-organizzazzjoni SIGA, fil-missjoni tagħha li tippromwovi l-integrità fl-isport. L-atleta tal-Ispecial Olympics, Gilmour Borg, inħatar bħala ambaxxatur mal-alleanza globali tal-integrità…

Lokali

Żagħżugħ Somalu kien ikkundannat 16-il xahar ħabs wara li nstab ħati li rreżista lill-pulizija li kienu se jfittxulu għad-droga, bil-konsegwenza li kiser seba’ ta’ Surġent. Bashir Abdulahi Ahmed kien akkużat…

Aktar