Barranin
Kien taparsi jispezzjona l-ikel biex jimla l-ħawsla bla ma jħallas

Ġuvni spiċċa ħażin wara li kien imur jispezzjona l-ikel ta’ katina ta’ restoranti fl-Afrika t’Isfel u nqabad li kien qed jagħmel dan biex jiekol b’xejn.

Student universitarju ta’ 27 sena ġie arrestat wara li nstab li qarraq b’ħaddiema ta’ restorant tal-fast food u kien taparsi jagħmilha ta’ spettur tal-kwalità tal-ikel billi jiekol b’xejn kuljum għal sena sħiħa.

Il-ġuvni kien imur dejjem bi ġlekk u ingravata fil-ħwienet tal-KFC b’limousine li kienet tinstaq minn ħabib tiegħu.  Kien juri lill-ħaddiema card li fuqha kien hemm miktub ‘Head Office’.

L-istudent irnexxielu jqarraq b’diversi ħwienet tal-KFC fl-Afrika t’Isfel, billi kien imur u jgħid li ntbagħat mill-kwartieri ġenerali tal-entità li tikkontrolla l-kwalità tal-ikel li jisserva lill-klijenti.

Ħaddiem ta’ wieħed mill-ħwienet qal li meta kien jasal il-ġuvni, kulħadd kien jaqdieħ mill-qoxxa biex ma jurtawhx.  Żied jgħid li tant kien kredibbli li kulħadd draħ meta kien imur għandhom.

Din il-farsa tant kien ippjanaha tajjeb il-ġuvni li meta kien jidħol imur fil-kċina, jikkontrolla l-ikel kollu, jieħu xi noti u jitlob għal kampjuni tal-ikel.

Wisq probabbli kien jaħdem f’xi wieħed mill-ħwienet tal-KFC biex kien jaf il-proċedura kollha… iżda wara sena għaddej biha nqabad u se jpatti qares għaliha.

 

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Il-Prim Ministru Ingliż Boris Johnson qal li l-possibiltà ta’ ftehim emendat dwar Brexit jiddependi fuq il-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea, iżda tenna li r-Renju Unit għandu jkun imħejji li jitlaq sal-31 ta’…

Barranin

Ħames persuni tilfu ħajjithom wara li ajruplan żgħir u ħelikopter ħabtu u ġġarrfu fi Spanja. It-traġedja seħħet fuq il-gżira Mallorca għall-ħabta tas-1.35 ta’ waranofsinhar. Qed ikun irrappurtat li fil-ħelikopter kien…

Barranin

Frank u Carmen Sant, Maltin li jgħixu l-Awstralja, tilfu ħajjithom matul il-lejl li għadda wara li kienu involuti f’inċident f’Sydney. Il-każ kien irrappurtat mill-midja Awstraljana u anki minn dik Ingliża,…

Barranin

Il-pulizija f’Hong Kong użaw il-gass tad-dmugħ biex iwaqqfu protesti kontra l-gvern f’subborg industrijali wara li l-attivisti waddbu bombi tal-petrol u bricks. Dan seħħ hekk kif ċ-Ċina ħelset ħaddiem tal-konsulat tar-Renju…

Aktar