Qorti
Kien Vince Muscat ‘il-koħħu’ li semma lil Melvin Theuma mal-Pulizija – L-avukat Arthur Azzopardi

L-Avukat Arthur Azzopardi qal li kien Vince Muscat ‘il-koħħu’ li qal lill-Pulizija li Melvin Theuma kien l-intermedjarju fil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia u li l-ex Kummissarju tal-Pulizija, Lawrence Cutajar kien qallu li t-talba għall-maħfra presidenzjali lil Vince Muscat ma kienitx se tintlaqa’ b’direzzjoni minn fuq għax kien maħsub li x-xhieda tiegħu kienet ibbażata fuq għidut.

Dr Azzopardi, li hu l-eks avukat ta’ Vince Muscat, wieħed mit-tliet irġiel mixlija bil-qtil tas-Sinjura Caruana Galizia, kien qed jixhed fl-inkjesta pubblika li qed tipprova tistabilixxi jekk id-delitt setax jiġi evitat.

Fil-Qorti, l-Avukat Azzopardi qal li Vince Muscat kien għadda l-isem ta’ Melvin Theuma lill-Pulizija fit-23 ta’ April tal-2018 u qal li l-eks Prim Ministru Joseph Muscat u l-eks Chief of Staff, Keith Schembri kienu infurmati b’dan l-iżvilupp sa tmiem l-istess xahar.

Fix-xhieda tiegħu, Dr Azzopardi qal lill-inkjesta li wara li Vince Muscat semma isem Melvin Theuma mal-Pulizija, iż-żewġ akkużati l-oħrajn Alfred u George Degiorgio kkonfrontawh u qalulu li kienu jafu li kien qed jitkellem mal-Pulizija.

Dr Azzopardi żied li kien hemm xnigħat li l-qraba tal-koħħu setgħu jkunu f’periklu u l-ikel li qed jingħata fil-ħabs beda jiġi ċċekkjat. Tliet xhur wara li tkellem mal-Pulizija, Dr Azzopardi qal li Vince Muscat beda jirċievi theddid fuq ħajtu.

Il-kumplament tax-xhieda ta’ Dr Arthur Azzopardi kompliet bil-magħluq.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Fid-dawl tad-delitt tal-ġimgħa l-oħra f’Ħal Millieri allegatament imwettaq minn żewġ żagħżagħ ta’ 18-il sena ħafna tkexkxu li dan ir-reat twettaq minn żgħażagħ u esprimew tħassib dwar il-ġenerazzjoni preżenti, madanakollu l-istoriku…

Politika

Il-Prim Ministru u Mexxej tal-Partit Laburista Robert Abela qal li fil-kwistjoni tal-immigrazzjoni hu senisttiv għall-karba tan-nies, sema’ lin-nies jitkellmu u jrid jkun hu li jagħti r-risposti. Dr Abela qal dan…

Lokali

Fl-aħħar erbat ijiem mindu tħabbru r-regolamenti l-ġodda tal-attivitajiet tal-massa, inħarġet ittra ta’ twissija lil sittax-il stabbiliment ta’ divertiment mit-taqsima tal-infurzar tal-Awtorità tat-Turiżmu li hi responsabbli li tara li l-postijiet qed…

Edukazzjoni

Id-Dipartiment tal-Edukazzjoni ppubblika linji gwida għall-għalliema u lse’s bi preparamenti għall-ftuħ tal-iskejjel fi tmiem ta’ Settembru li ġej. Il-Ministru għall-edukazzjoni Owen Bonnici qal li filwaqt li l-Gvern huwa kommess li…

Aktar