Saħħa
Kienet fuq is-sufan meta ħasset xi ħaġa f’sidirha

Ilbieraħ filgħaxija għadd ta’ nies nġabru quddiem iċ-Ċentru Esplora fil-Kalkara għal mixja simbolika bħala parti mix-xahar iddedikat għall-għarfien dwar il-kanċer tas-sider, magħruf bħala Pink October. Din is-sena n-nisa u l-irġiel huma mħeġġa biex iwarrbu l-biża’ u jagħmlu testijiet regolari għall-kanċer tas-sider u tat-testikoli.

Tnax-il sena ilu, Miriam Ancilleri skopriet li għandha kanċer f’sidirha, meta kellha 48 sena.

”Kien stage two.  F’daqqa waħda, lanqas qatt bsartha. Kont fuq is-sufan u ħassejt xi ħaġa. Mort nagħmel il-mammogram, għamilt il-biopsy u wara ħmistax operawni imma thank God illum għadni hawnhekk. Nirringrazzja l-Bambin u tax-xjenza li kibret.”

Il-Ġimgħa filgħaxija, Miriam ħadet sehem fil-mixja simbolika li saret minn quddiem il-bini tal-Esplora sal-Birgu bil-għan li aktar nisa u rġiel jeżaminaw lilhom infushom kif ukoll biex ikunu ta’ appoġġ għall-persuni li għaddejjin mill-kanċer.

“Qegħdin hemm biex nissapportjaw ħafna lil xulxin jiġifieri feeling sabiħa ħafna.”

Clair Busuttil qalet li b’avvenimenti bħal dan, persuni li jiġu wiċċ imb wiċċ ma’ din il-marda jħossu li mhumiex waħedhom.

“U li aparti hekk illum ir-riċerka qed tgħinna għax wara kollox dan il-moviment kollu u din iċ-ċaqliqa tan-nies kollha hija minħabba riċerka. Ir-riċerka qed tavvanza u nisperaw li tavvanza iktar meta l-pazjenti jkunu diagnosed b’advanced breast cancer.”

Il-mixja kienet organizzata mill-Fondazzjoni Marigold, li matul dan ix-xahar qed taħdem biex jitkattar l-għarfien dwar il-kanċer tas-sider fin-nisa u l-kanċer tal-prostata u tat-testikoli fl-irġiel.

F’din il-mixja spikka l-kulur roża, li issa sar marbut max-xahar ta’ Ottubru.

Aħbarijiet Oħra
Ambjent

Il-Gvern qed ifassal abbozz ta’ liġi biex Malta jkollha Qorti tal-Ambjent fejn jinstemgħu u jiġu deċiżi każi ta’ reati ambjentali. Il-Ministru tal-Ambjent qal li għandu l-kelma tal-avukati li l-abbozz ta’…

Edukazzjoni

Fil-bidu tas-sena d-dieħla, studenti mill-Korea t’Isfel se jibdew jitħarrġu f’Malta biex jiggradwaw bħala tekniċi fil-manutenzjoni tal-ajruplani. L-istudenti se jitħarrġu fl-MCAST wara qbil bejn il-kulleġġ, żewġ kumpaniji privati u l-gvern tal-Korea…

Edukazzjoni

Il-Fondazzjoni LifeCycle għamlet għotja ta’ €25,000 lill-Università għar-riċerka dwar ċesti li jitrabbew fil-kliewi. Riċerkaturi ser jagħmlu stħarriġ dwar il-ġenetika ta’ din il-kundizzjoni li tintiret fil-familji u twassal għal mard serju…

Televiżjoni u Radju

Il-prevedibbli se jsir imprevedibbli waqt l-għodwiet min-nhar it-Tnejn li ġej ma’ Carlo, Gordon u Anna fuq Magic Malta 91.7 FM. It-tliet karattri vivaċi b’livelli varji ta’ esperjenza radjofonika se jieħdu…

Aktar