Kurżitajiet
Kienet f’xifer li ttemm ħajjitha sakemm irrealizzat kemm tħobb il-kelb tagħha

L-imħabba bla kundizzjoni bejn il-kelb u sidu wasslet biex mara salvat minn ħalq il-mewt grazzi għal intervent f’waqtu mill-kelb tagħha.  Il-mara ta’ 58 sena kienet se taqbeż mill-ħames sular ta’ blokk t’appartamenti fejn tgħix, iżda l-kelb irnexxielu jbiddlilha fehemtha.

Hija kienet diġà ċemplet in-numru t’emerġenza 112 biex tgħidilhom x’kienet bi ħsiebha tagħmel, bl-uffiċċjali kienu pronti jgħadduha ma’ suldat li qagħad ikellimha għal madwar siegħa fuq it-telefown sakemm qaltlu li kienet trabbi kelb li tqisu daqs li kieku kien binha u malli daħal fix-xena l-kelb iddeċidiet li ma tagħmilx suwiċidju.

Is-suldat beda jipponta fuq l-imħabba li għandha għall-kelb u kemm kien se jbati li kieku hija tmut għax ikollu jsib dar oħra jew jittieħed għand xi organizzazzjoni li tieħu ħsieb l-annimali abbandunati sakemm jiġi adottat minn xi ħaddieħor.  Kien f’dak il-mument li l-mara fehmet l-iżball li kienet se tagħmel.

Fl-istess waqt il-Pulizija rnexxielhom jintraċċawha, marru jsibuha f’darha, f’Turin, u ħaduha l-isptar San Giovanni Bosco biex jagħtuha l-kura meħtieġa.

Aħbarijiet Oħra
Teknoloġija

Huma bosta dawk li fuq il-Facebook qed itellgħu r-ritratt tagħhom ta’ kif se jkunu qed jidhru fil-ġejjieni. Iżda kemm hu għaqli li tagħmel dan? Xi tkun qed tagħmel eżatt meta…

Barranin

Fi Kyoto fil-Ġappun mill-anqas 26 persuna tilfu ħajjithom u għexieren oħra ndarbu f’nirien li tqabbad apposta minn raġel fi studio tal-animazzjoni. Rapporti qed jgħidu li madwar 36 persuni ttieħdu lejn…

Barranin

Fl-istat ta’ Massachusetts l-Istati Uniti l-prosekuturi waqqgħu l-akkuża kriminali kontra l-attur Kevin Spacey. Spacey ta’ 59 sena kien akkużat li abbuża sesswalment minn ġuvni ta’ 18-il sena tliet snin ġo…

Barranin

Fil-belt ta’ Sinaloa fil-Messiku, in-nies ferħet għall-aħbar li fl-Istati Uniti, il-kap tal-ikbar ċirku ta’ traffikar ta’ droga bejn il-Messiku u l-Istati Uniti, Joaquin El Chapo Guzman, ingħata sentenza ta’ għomor…

Aktar