Lokali
Kienet tisma’ vuċi li hi qawwija u tixrob ħalib skadut biex taqla’ ħalli tonqos

Remona Meli għexet l-adolexxenza skjava – tisma’ vuċi f’moħħha tgħidilha li hija qawwija u li għandha piż żejjed. Fi ħdax-il sena, iż-żagħżugħa għaddiet minn żewġ tipi ta’ eating disorders – l-anoressija u l-bulimja. Wara l-mewt ta’ ħabib tagħha fil-fjur ta’ ħajtu bl-anoressija, ġiet konxja li riedet tbiddel id-direzzjoni ta’ ħajjitha. Fl-aħħar sitt snin sabet bilanċ bejn l-isport tal-body building u d-dieta’ sana.

Tuffieħa, ftit insalata u chewing gum kienu l-ikla li Remona Meli kienet tgħaddi biha ġurnata sħiħa. Ta’ tnax-il sena bdiet tingħalaq fiha nnifisha, tħares lejn il-mera u tara lilha nnifisha b’piż żejjed minkejja li kienet qisha pespus.

Remona Meli spjegat li “kont nagħmel affarjiet ta’ out of this world, sa daħħalt erjal ta’ radju fi griżmejja biex forsi jirnexxili nneħħi kont infittex online kif kont nista’ naqla’ – sa kont inħalli l-ħalib jiskadi, u nixorbu”.

Ta’ 19-il sena, l-anoressija u l-bulimja għamlu tagħhom. Hija bdiet tissakkar f’darha u ġġib l-iskużi biex ma toħroġx – ma kellhiex saħħa timxi u baqgħet tiffissa li f’għajnejn ħaddieħor setgħet tidher qawwija.

Remona qalet li “aktar bdejt niggrava biż-żmien li beda jaqagħli xagħri, sal eyebrows, sal-ġilda ta’ wiċċi għamilt ħafna ħsara l-colon li għadni sal-lum il-ġurnata – it’s irreversible. Kont nidħol ħafna l-isptar”.

Sitt snin ilu, meta Remona kellha 23 sena tilfet ħabib tagħha, kaġun tal-anoressija u beżgħet li ser tispiċċa bħalu.

“It hit me – tara lil sieħbek hemm għadu t’għoxrin sena u on my 23rd birthday ġiet ħabibti qaltli meta ser terġa’ tibda tiekol – għax ovvjament kelli għadam barra u aktar ma nara għadam aktar inqas niekol u minn hemm erġajt bdejt niekol ftit bil-mod għax minħabba l-problema li kkawżajt ġismi beda jirriġetta ħafna ikel” qalet Remona.

Minkejja li għadha tisma’ vuċi tgħidilha li għadha tidher qawwija, irnexxielha tieħu r-riedni ta’ ħajjitha u ssib bilanċ bejn it-taħriġ u dieta’ tajba. Fl-aħħar sitt snin, Remona Meli bdiet titħarreġ fil-body building u tqatta’ madwar siegħa u nofs kuljum tagħmel l-eżerċizzju. Hija kwalifikata bħala nursing aid, gym instructor u konsulenta tad-dieta’ u n-nutrizzjoni.

Konxja li involuta fi sport fejn huwa aktar popolari mal-irġiel, ma tiddejjaqx teħodha kontra l-isterjotip, anke jekk iddabbar kummenti li kultant iweġġgħuha.

“Jiġu rġiel jgħodduli l-weights – in a way nidħaq imma l-fatt li għad hawn ċertu mentalità li n-nisa mhux kapaċi jerfgħu jew li bil-fors trid tieħu ħafna affarjiet biex ikollok is-saħħa” qalet Remona.

“Jibagħtuli – inti raġel? Jew mara? Għadek lanqas tafni kif tiġi tgħidli hekk? Inkella kien hemm klikka ta’ rġiel li bdew imeru lil xulxin jekk hux trasvestita” stqarret Remona.

Minkejja li l-ostakli kollha ż-żagħżugħa determinata li tkompli miexja ‘l quddiem.

Aħbarijiet Oħra
Kronaka

Sqalli ta’ 23 sena minn Tas-Sliema, ġie akkużat li kkawża ġrieħi ħfief lil anzjan u li kiser il-paċi pubblika fi Triq il-Kbira, Birkirkara. Francesco Raffreddato, li qal li jaħdem bħala…

Kronaka

Somalu ta’ 23 sena ġie akkużat li ħebb u hedded bil-mewt lil sidt ta’ ħanut tal-massaġġi fil-Marsa, li serqilha l-mobile u ammont żgħir ta’ flus kontanti. Il-prosekuzzjoni, immexxija mill-Ispetturi Spiridione…

Aktar