Barranin
Kienu jafu li fih traċċi tal-asbestos

Rapport tar-Reuters kixef lill-kumpanija ewlenija tal-farmaċewtika J&J li kienet ilha taf li t-terra Johnson & Johnson’s baby powder fiha l-asbestos.

Ir-rapport sar wara ħafna każijiet ta’ persuni li rrappurtaw li t-terra kkawżatilhom il-kanċer.

Ir-rapport jgħid li l-kumpanija kienet ilha taf li t-terra kien fiha traċċi tal-asbestos mill-1971.

Iżda l-avukati tal-kumpanija qed jisħqu li t-terra ma fiha l-ebda traċċa perikoluża tal-asbestos u qalu wkoll li r-rapport huwa falz u malafamanti.

F’Lulju li għadda, il-kumpanija ġiet ordnata tħallas $4.7biljun għad-danni ta’ 22 mara li allegaw li t-terra kkawżatilhom il-kanċer fl-ovarji.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Għall-ewwel darba minn meta faqqgħet il-pandemija, il-President Amerikan Donald Trump libes il-maskra fil-pubbliku. Huwa għamel dan meta żar l-isptar militari Walter Reed lil hinn minn Washington fejn iltaqa’ ma’ suldati…

Barranin

Ħames persuni inqatlu f’attakk fi knisja fl-Afrika ta’ Isfel, li x’aktarx seħħ waqt argument dwar it-tmexxija tagħha. Il-pulizija qalu li salvaw irġiel, nisa u tfal minn sitwazzjoni ta’ ostaġġ fil-periferija…

Barranin

Ir-reġjuni fit-Tramuntana ta’ Spanja – dak Bask u r-reġjun ta’ Galicia qed jaffaċċjaw imxija ġdida ta’ coronavirus waqt li l-votanti għada mistennija jivvutaw fl-ewwel elezzjonijiet reġjonali mindu bdiet il-COVID-19 f’Marzu…

Aktar