Kurżitajiet
Kienu qed jiġbru l-iskart mill-baħar meta lemħu annimal mhux tas-soltu…

Il-grupp Żibel, li jagħmel ħafna ġid billi jiġbor l-iskart li jintrema u jispiċċa fl-ibħra tagħna, ġie b’wiċċ imb wiċċ ma’ iguana f’Paradise Bay.

L-iguana ġabruh u nnutaw li kien f’debbolezza u midrub u għalhekk dan ir-rettilu għaddewh lill-ambjentalist Arnold Sciberras, li qed idewwih.

Barra minn hekk, il-grupp qalu li lemħu diversi ħlejjaq tal-baħar mhux tas-soltu huma u jnaddfu, bħal din il-morina t’hawn taħt.