Barranin
Kienu se jħalluha tmut għax ma ridux iħallsulha għal trapjant

Waħda mill-ikbar kumpaniji tal-assigurazzjoni fl-Istati Uniti baqgħet tirrifjuta li tħallas għal trapjant tal-fwied li kellha bżonn omm biex tibqa’ ħajja, u bidlet id-deċiżjoni tagħha biss meta l-mara kienet f’xifer il-mewt.

Erika Zak għandha 38 sena, u hija omm ta’ tifla ta’ erba’ snin. Minn ħin għall-ieħor tistenna li tiżvina u tmut, kawża ta’ toqba kbira li għandha fil-fwied minn operazzjoni li marret ħażin.

Zak kienet ġiet operata minħabba kanċer tal-musrana li kien infirxilha sal-fwied. L-operazzjoni fil-musrana kienet suċċess u l-kanċer tneħħa, iżda meta tneħħew it-tumuri mill-fwied, Zak spiċċat b’parti kbira mill-fwied nieqsa.

Il-professuri kkonkludew li l-uniku tama għal Zak kienet trapjant tal-fwied, u għalhekk poġġewha fuq lista ta’ stennija. Madanakollu l-kumpanija tal-assigurazzjoni United Healthcare irrifjutat li tħallsilha għat-trapjant, għax iddeċidiet li ma kienx se jkun ta’ suċċess.

Zak ippreżentat diversi opinjonijiet minn esperti dwar il-bżonn li jsirilha trapjant, iżda l-kumpanija baqgħet tirrifjuta t-talba tagħha għal żmien twil, tant li Zak spiċċat kitbet ittra direttament lill-Kap Eżekuttiv tal-kumpanija.

Il-karba ta’ Zak finalment instemgħet, u llum qed tistenna li tingħata fwied ġdid qabel ma jkun tard wisq.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Tmenin ġurnata mindu saret l-elezzjoni, l-Italja tinsab qrib li jkollha Prim Ministru ġdid. L-isem propost hu Giuseppe Conte, Professur fil-liġi ta’ 54 sena mill-belt ta’ Foggia fir-reġjun ta’ Puglia… qajla…

Barranin, Kurżitajiet

Virus qattiel li għad m’hemmx vaċċin kontrih qed jinfirex fl-Indja, u diġà qatel tliet persuni fl-istat ta’ Kerala. Sitta oħra huwa maħsub li wkoll mietu b’dan il-virus, li jġib l-isem…

Barranin

Il-Pulizija tal-Indja qalet li qabdet mara li kienet qed iġġorr xejn inqas minn 106 kapsuli bil-kokaina fl-istonku. Il-mara, li hija barranija, inqabdet bid-droga fl-ajruport ta’ Delhi. Intqal li l-mara ta’…

Barranin

F’Chieti, fl-Italja, raġel allegatament waddab lil martu mill-gallarija ta’ darhom u ftit tal-ħin wara gara lil bintu minn pont tal-awtostrada A14. It-traġedja seħħet ilbierah fejn, Fausto Filippone, għal raġunijiet mhux…

Aktar