COVID-19
Kif affettwat lill-bdiewa Maltin il-COVID-19?

Is-sitwazzjoni preżenti affettwat ukoll il-bdiewa li minkejja li l-Maltin qed joqogħdu aktar id-dar u possibilment qed jieklu aktar, il-bejgħ tal-ħaxix lokali jidher li naqas għalkemm xi bdiewa jidher li qed iwasslu x-xirjiet agrikoli sa wara bieb il-klijenti.

Fil-Pitkalija Ta’ Qali, ħafna mill-biegħa li ġabu l-bdiewa din il-ġimgħa speċjalment it-tadam, il-kaboċċi u l-ħjar baqgħet fil-maħżen għaliex skont il-bdiewa u pitkala li tkellmu magħna, bl-għeluq tal-lukanda u r-risoranti, il-bejgħ naqas drastikament.

Frankie Micallef, pitkal qal “iktar ma jgħaddi ż-żmien iktar qed inħossuha għax qed jibqgħalna xogħol hawnhekk u l-bdiewa qed ibatu ħafna, pereżempju l-frawli mar lura ħafna, in-nies qed jixtru l-essenzjal”.

Uħud mill-bdiewa qed ibigħu diretament lill-konsumaturi.  “Hawn min qed iżid fix-xogħol qed ibigħu ħafna bl-ordnijiet ix-xerejja qed imorru fid-djar tan-nies u jagħmulhom ix-xirjiet”.

Intant fil-Pitkalija ddaħlu miżuri ġodda fosthom fil-ħinijiet tad-dħul tal-bdiewa u tax-xerrejja. Il-Kap Eżekuttiv tal-Pitkalija, Marc Vella Bonnici qal li sar fl-interess tas-saħħa ta’ kulħadd. “Aħna rajna kif innaqsu n-nies f’ħin wieħed ġewwa l-Pitkalija, kif innaqsu n-nies li jkunu qed jixtru, rajna li l-istakeholders kollha involuti fil-proċess minn x’ħin jasal il-prodott fil-Pitkalija sakemm jasal għand nies id-dar jinqasam kemm jista’ jiġifieri jkun tant li bdiewa qed jidħlu għalihom, ix-xerrejja għalihom, u ppruvajna ndaħħlu iktar ordni ”

Is-Sur Vella Bonnici appella għall-koperazzjoni tal-bdiewa u x-xerrejja, filwaqt li ħeġġeġ lill-konsumaturi biex jagħżlu l-prodotti agrikoli Maltin. “Ejja nagħmlu mezz biex nixtru l-prodotti Maltin, dawn in-nies qed jagħmlu sagrfiċċji kbar ħafna biex jassiguraw li l-prodott tagħhom hu tal-aqwa kwalità fosthom jiġu fis-sagħtejn ta’ filgħodu, biex idaħħlu l-prodotti, ejja nagħmlu biċċa tagħna u ngħinu bdiewa u nixtru mingħand hawkers u nsaqsu għall-prodott Malti.”

F’Malta, hu stmat li hawn ftit aktar minn elf bidwi full-time u ħafna oħrajn part-time li huma kontributuri importanti ħafna fil-katina tal-ikel li nieklu kuljum.

Aħbarijiet Oħra
Ambjent

Diversi żoni f’Malta illejla intfew, bil-għan li nsalvaw l-enerġija. Din l-inizjattiva, li hija waħda favur l-ambjent, kienet mifruxa mad-dinja, u ingħatat l-isem ta’ Earth Hour. F’Malta saret mill-NGO Żibel, u…

COVID-19

Ħames persuni nqabdu jiksru l-kwaraninta obbligatorja u ġew immultati tliet elef ewro kull wieħed. B’kollox saru 421 spezzjoni fl-aħħar 24 siegħa. Minn mindu bdew l-ispezzjonijiet, 40 persuna nqabdu jiksru l-kwarantina…

COVID-19

Intervistat fuq l-aħbarijiet ta’ Television Malta l-Kap tal-Oppożizzjoni, Adrian Delia, qal li l-Prim Ministru Robert Abela għal xi raġuni qiegħed jgħid li dan mhuwiex lockdown, meta fi kliemu, id-Deputat Prim…

COVID-19

Fi żmien ta’ ansjetà residenti ta’ triq fil-Fgura ħarġu bl-idea li jorganizzaw ċelebrazzjoni mużikali mill-gallariji biex iferrħu lil xulxin. U waqt li l-festi din is-sena mhux ser isiru, il-bandisti ta’…

Aktar