Stejjer Umani
Kif baqgħet tgħix 107 snin l-ixjeħ mara ta’ Malta?

L-ixjeħ mara ta’ Malta, Maria Farrugia għalqet 107 snin. Maria li kienet ħajjata prima, baqgħet mimlija għomor grazzi għall-kura li tingħata minn bintha Carmen u n-neputi Stephen. Meta staqsejnieha s-sigriet tagħha biex tibqa’ tgħix, Maria qaltilna li trodd is-salib, titlob lil Alla u kemm tista’ ma tinkwitax.

Meta għalqet il-mija l-familja ta’ Maria Farrugia kienu ċċelebraw bil-kbir, iżda qatt ma basru li kien ser ikollhom ħafna aktar x’jiċċelebraw. Seba’ snin wara, Maria għadha mimlija bl-għomor u anke ommha kienet għalqet il-mitt sena. Maria għadha luċida, timxi ftit, u tiftakar ħafna memorji tal-passat.

Maria qalet “kont inħit, darba għamilt ġlekk ta’ tifel, waħdi ta’, għax ħadd m’għallimni”.

Bintha, Carmen, ilha ddur b’ommha għal iktar minn tletin sena, u għandha l-għajnuna ta’ binha Stephen. Carmen qaltilna li mhix faċli ddur b’xi ħadd ta’ din l-età lejl u nhar.

Carmen qalet “meta tkun ħa tqum immorru niġru warajha ma tmurx taqa'”.

Maria ferħana li rċeviet il-barka tal-Papa Franġisku f’għeluq sninha. Qabel ħallejnieha Maria b’daħqa ħelwa qaltilna s-sigriet tagħha għal ħajja daqshekk twila. “Itlob lill-Bambin biex jgħinek, meta tqum rodd is-salib, jew jekk tiekol biċċa ħobż rodd is-salib”.

Nawguraw lil Maria Farrugia iktar għomor u sernità.

Aħbarijiet Oħra
Infrastruttura

Il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma minn għada se tibda tiswijiet fis-sistema ta’ katusi f’qiegħ il-baħar li jintuża għar-rimi ta’ drenaġġ trattat mill-impjant ta’ Għawdex. Il-ħidma delikata li għandha tieħu madwar tliet ġimgħat…

Kronaka

Raġel ta’ 33 sena weġġa’ gravi f’inċident bil-mutur f’Birkirkara. Il-Pulizija kienet infurmata bl-inċident fi Triq il-Wied għall-ħabta tal-4.45pm. Fi stqarrija l-Pulizija qalet li s-sewwieq, li jgħix il-Pietà, kien qed isuq…

Saħħa

F’Malta hawn madwar 7,000 persuna li għandhom id-demenzja, bl-istudji juru li l-għadd mistenni jiżdied għal mill-inqas 13,000 sal-2050. L-esperti jemmnu li din hija biss ix-xifer tal-istampa, minħabba li għadd ta’…

Stejjer Umani

Għalkemm il-Maltin ikunu qed jistennew is-sajf bil-ħerqa biex jaqtgħu xi ftit mir-rutina ta’ kuljum tax-xogħol, mhux l-istess jista’ jingħad għal Alfred Attard li ilu aktar minn 40 sena jiġbor il-melħ…

Aktar