Kif bdew il-purċissjonijiet tal-Ġimgħa l-Kbira f’Malta

Il-Jum tal-Ġimgħa l-Kbira hu assoċjat mas-skiet u l-ħemda, iżda wkoll mal-purċissjonijiet.

L-ewwel purċissjonijiet bil-vari bdew isiru fis-seklu 17 fiż-żewġ knejjes tal-Franġiskani Minuri tar-Rabat u tal-Belt Valletta. Ftit wara, bdew isiru wkoll fil-Kottonera. Fil-bidu li bdiet din it-tradizzjoni kien ikun hemm purċissjonijiet b’vara waħda jew tnejn. Il-vari li nsibu fil-Bażilika ta’ San Ġorġ imlibbsa l-bellus, l-istess bħal dawk tal-Katidral u tal-knisja tal-Birgu.

Fil-Gżira Għawdxija l-ewwel purċissjoni bdiet fir-Rabat fil-bidu tas-seklu 19 u ftit warajhom bdew in-Nadurin fl-1913.

Il-Qriema kienu minn tal-bidu li żiedu d-disa’ vara, dik tat-tradiment ta’ Ġuda sabiex illum il-Qriema u ż-Żwieten għandhom l-akbar sett ta’ vari bi 12-il vara kull wieħed. Tajjeb li ngħidu li l-Qriema huma magħrufin ukoll għall-aħħar ċena u ż-Żebbuġin f’Għawdex jagħmlu waħda simili.

Iż-Żebbuġin huma magħrufa wkoll għall-ammont kbir ta’ personaġġi bibbliċi li jakkumpanjaw il-purċissjoni.