Kif beda l-univers? Xjenzati f’Malta jittantaw jagħtu tweġiba

Kif iffurmaw il-galassi? Kif biddlu l-univers? Kif l-ewwel oġġetti ffurmaw fil-galassi li naraw illum? Dawn huma wħud mill-mistoqsijiet li grupp ta’ xjenzati internazzjonali qed jippruaw iwieġbu f’konferenza internazzjonali li qed issir f’Malta.

Il-bniedem minn dejjem kien kurjuż dwar l-oriġini tiegħu u l-mod kif żviluppa l-univers u x’se jiġri minnu. Dawn it-temi jinsabu f’moħħ grupp ta’ disgħin xjenzat li qed jiltaqgħu f’Malta f’konferenza internazzjonali.

Dr Joseph Caruana – lettur u riċerkatur fid-Dipartiment tal-Fiżika qal li x-xjenzati se jippruvaw iwieġbu il-mistoqsijiet dwar l-univers b’teleskopji ġodda u qawwija li jinbnew bħalissa, fosthom il-James Webb Space Telescope li sentejn oħra se jintbagħat fl-ispazju.

Dr Joseph Caruana, Lettur u Riċerkatur, qal li din il-konferenza hija bażikament dwar l-ewwel oġġetti li ffurmaw fl-univers. Dr Caruana qal li dan huwa suġġett ta’ interess għal diversi studenti Maltin li jagħmlu riċerka tal-masters.
Huwa osserva li l-istorja f’Malta tixhed il-kurżità dejjiema tal-bniedem f’dan is-suġġett.

Tkellem ukoll dwar it-tempji bħal ma huma dawk tal-Imnajdra, fejn permezz tagħhom diġà għandna evidenza li l-bniedem kien kurjuż dwar x’hemm hemm barra, fejn uħud mit-tempji tagħna kienu mibnija b’mod astronomiku biex iżommu kalendarju bihom.

Sessjoni minn din il-konferenza internazzjonali li qed issir bl-appoġġ tad-Dipartiment tal-Fiżika fl-Università ta’ Malta u l-Istitut tax-Xjenzi Spazjali u l-Astronomija, se tkun miftuħa għall-pubbliku. Il-Ħamis filgħaxija, fl-Università l-Antika l-Belt se jsiru żewġ taħditiet dwar l-univers minn Stephen Wilkins mill-Università ta’ Sussex fir-Renju Unit u Dr Pratika Dayal mill-Università ta’ Groningen fl-Olanda.

Aħbarijiet Oħra
Sigurtà

‘Il fuq minn ħamest elef atleta, żewġ terzi minnhom barranin, kienu fuq ix-xwiek biex għada, il-Ħadd filgħodu, jieħdu sehem fil-maratona ta’ Malta. Iżda b’xorti ħażina, il-maratona tħassret ftit tal-ħin ilu…

Lokali

F’riċerka għad-dottorat dwar il-kriminalità fil-familji Maltin, Janice Formosa Pace sabet li l-familja tista’ tkun dik li tippromwovi l-kriminalità. Kontra dak li jseħħ fl-Eworpa, f’Malta hija komuni li l-ġenituri u l-ulied…

Sport

Waqt logħba tat-Tieni Diviżjoni bejn Oratory Youths u Qala Saints, ir-referee Joseph Agius spiċċa qala’ daqqa ta’ ponn wara li ta żewġ karti sofor lil plejer tal-Qala. Il-logħba li saret…

Edukazzjoni

Il-Fondazzjoni President’s Trust kompliet tqassam tagħmir lil tfal li għandhom diffikultà bil-vista biex tgħinnhom fil-mixja edukattiva tagħhom. B’kollox il-fondazzjoni qassmet b’kemm jiswa €150,000 f’tagħmir tal-informatika lil 65 tifel u tifla….

Aktar