Ambjent
Kif għandek tarmi mediċina skaduta?

Studju wera li l-Maltin b’mod ġenerali m’għandhomx għarfien ta’ kif jerfgħu l-mediċini u lanqas jafu kif u fejn għandhom jarmu mediċini skaduti li huma kkunsidrati bħala skart perikoluż.

Lorna West, l-ispiżjara li għamlet din ir-riċerka, qalet li mill-istudju joħroġ li l-Maltin għandhom ideat żbaljati dwar il-mediċini.

L-ispiżjar John Scicluna jmur spiss fiċ-ċentri tal-Wasteserv biex jarmi mediċini skaduti fosthom dawk li jġibulu lura l-klijenti.

L-Ispiżjar, John Scicluna ”il-kaxxa tal-kartun u l-packing tagħhom neħduhom għar-recycling u narmuh fid-dustbin tar-recycling u dawk nippakkjahom biex noħodhom biex jintremew mill-Wasteserv.”

L-ispiżjar Scicluna jagħmel dan minn jeddu. Studju mill-ispiżjara Lorna West iżda juri li l-Maltin għandhom idea żbaljata ta’ x’inhi ħela tal-mediċini.

L-Ispiżjara Lorna West qalet ”kulħadd mingħalih li ħela hija dik li jkollna d-dar forsi xi raġel anzjan jispiċċa b’ħafna mediċini u mbagħad ma jafx x’se jagħmel bihom, imbagħad forsi jħallina u tal-familja ma jkunux jafu kif se jarmuhom.”

Dr West insistiet li l-ħela tal-mediċini tmur lil hinn minn hekk.

”Mela jien jekk forsi ammont ta’ piżella kien ikun biżżejjed bħala ingwent, nispiċċa naħli ħafna aktar li dan imur mas-sistema tal-ilma. Diġà qed naħlih. Qed naħli l-flus. Jaf l-ingwent ma servinix u qed naħli aktar. Imbagħad jibqagħli xi nofs stoċċ. Mela dak żied mal-istoċċijiet li għandi fil-cupboard. Mela l-ħela mhijiex biss x’nista’ nagħmel biex innaqqas l-ammont ta’ stock li jkolli d-dar” kompliet tispjega Dr West.

Realtà oħra li ħarġet mill-istudju hi li n-nies ma jiħdux il-mediċini kif suppost, għax fost oħrajn jibżgħu jitkellmu mat-tobba u l-ispiżjara.

”Qaluli jien ma ħadthomx għax inzerta żmien il-Milied u ma toħroġx xi ftit u tieħu tazza nbid? Jiġifieri stajt staqsejt l-ispiżjar u tgħidlu stajt noħodhom dawn? Mhux qed ngħidlek flixkun imma tazza nbid kien ikun ok jekk ħadthom? Forsi stajt toħodhom. Mela nħlew ħafna mediċini għax aħna ma naħsbux” spjegat f’aktar dettall Dr West.

Għalkemm il-mediċini skaduti suppost jintremew ma’ skart perikoluż fiċ-ċentri tal-Wasteserv, Dr West sabet li wħud mill-Maltin iħossu li s-sistema mhux prattika għall-persuni morda u b’nuqqas ta’ mobbiltà fost oħrajn.

Din ir-riċerka saret permezz ta’ borża ta’ studju Reach High iffinanzjata minn fondi Ewropej.

Aħbarijiet Oħra
Kultura

Il-kantanta Taljana Francesca Alotta tinsab Malta biex għada tkanta flimkien mal-istudenti tal-iskola Mater Boni Consilii Saint Joseph, Raħal Ġdid, f’kunċert b’risq l-Istrina. F’intervista ma’ TVM, Francesca Alotta tkellmet fuq esperjenzi…

Qorti

Żewg Egizzjani li kienu fi triqithom lejn pajjizhom bil-flus li tawhom kollegi taghhom biex jghadduhom lill-familji, spiċċaw fil-għali. Huma ġew akkużati li kienu qed iġorru flus iktar milli tippermetti l-liġi….

Kisbiet

Għandha 93 sena, u kienet fost l-ewwel nisa li servew bħala deputati fil-Parlament. Ann Agius Ferrante, li kienet bint l-ex avukat ġenerali Philip Pullicino, tirrakkonta mumenti ħelwin kemm mal-ex Prim…

Kumpaniji

Il-Maltapost ħabbret li għamlet profitt qabel it-taxxa ta’ ftit aktar minn €2.6 miljun fis-sena finanzjarja li għalqet fl-aħħar ta’ Settembru. Il-kumpanija qalet li kellha dħul akbar li laħaq iktar minn…

Aktar