Edukazzjoni
Kif għandhom iġibu ruħhom quddiem ċertu sitwazzjonijiet tal-ħajja t-tfal?

L-istudenti tal-ħames sena tal-iskola primarja ta’ Santa Monika Birkirkara kellhom attività organizzata mis-Sedqa li fiha jkomplu jitgħallmu fuq kif għandhom jiffaċċjaw ċertu sitwazzjonijiet tal-ħajja u għalhekk jevitaw li jidħlu f’perikli. Tfal li tkellmu ma’ TVM qalu li fost affarijiet oħra tgħallmu japprezzaw lilhom infushom.

Il-Programm Tfal favur Ambjent Liberu, tal-Aġenzija Sedqa qed iwassal messaġġ lit-tfal tal-primarja biex minn età bikrija jagħmlu l-għażliet tajba għal ħajjithom billi fost oħrajn jgħidu le għad-droga.

Fl-iskola primarja ta’ Santa Monica Birkirkara, uffiċjali tas-Sedqa użaw logħob interattiv u permezz ta’ karattri maħsuba apposta, wasslu messaġġ lit-tfal kif għandhom iġibu ruħhom quddiem ċertu sitwazzjonijiet li se jħabbtu wiċċhom magħhom fil-ħajja.

Jasmine Tonna qalet “qed nitgħallem kif nirreaġixxi jekk xi ħadd jgħidli biex nagħmel xi ħaġa, biex nieħu xi drogi jew l-alkoħol, u nitgħallem ukoll biex ma jkollniex peer pressure u biex ma mmorrux postijiet li mhumiex tajbin għalina”. Mistoqsija x’għandha tirrispondi jekk xi ħadd joffrila xi ħaġa mill-affarijiet li semmiet, Jasmine qalet li “jekk joffruli ngħidilhom le grazzi iżda xorta nkun il-ħbieb tagħhom.”

Min-naħa tagħha Laura Bezzina qalet “jekk xi ħadd jgħidlna xi ħaġa fuqna li ħa tweġġana, aħna rridu nemmnu li aħna speċjali u uniċi.”

Il-Kap tal-iskola, Suor Marica Briffa, qalet li l-fundatriċi tal-iskola, Maria Teresa Spinelli dejjem saħqet li l-edukaturi għandhom iħarsu lill-istudenti daqslikieku huma l-ġenituri tagħhom. Sostniet li hu għalhekk li attivitajiet bħal dawn huma importanti fil-mixja edukattiva tat-tfal.

Għall-attività tat-Tlieta filgħodu kienu preżenti wkoll il-Ministru tal-Familja Michael Falzon u s-Segretarji Parlamentari Clifton Grima u Julia Farrugia Portelli.

Aħbarijiet Oħra
Kisbiet

Il-karozzi Bentley u Rolls Royce huma distintivi u magħrufa għal-lussu. Kristian Cini għad għandu sbatax-il sena, iżda għalkemm għad m’għandux l-età biex isuq, huwa dilettant kbir tal-karozzi Bentley u Rolls-Royce….

Sajd

Idejh jafu jinsġu l-qasab għan-nases, anke b’għajnejh magħluqa. Bis-sengħa tan-nases fid-demm, Ġanni Xuereb, magħruf bħala Ġanni l-Pipi, illum jgħodd iktar minn 80 sena, u għadu ma telaqx in-namra max-xogħol tiegħu, …

Edukazzjoni

Is-sajf wasal biex jintemm u dħalna fl-aħħar ġimgħa qabel ma jerġgħu jibdew l-iskejjel. Iżda x’inhuma s-sentimenti tal-ġenituri u l-istudenti dwar l-bidu tas-sena skolastika ġdida? TVM tkellem mal-ġenituri u l-istudenti. Mal-wieħed…

Aktar