Unjoni Ewropea
Kif iħares lejn Malta fl-UE l-PM?

Il-Prim Ministru Joseph Muscat jinsab il-Polonja għal-laqgħa mal-Mexxejja Ewropej tal-10 pajjiżi li bħal-lum 15-il sena ssieħbu fl-Unjoni Ewropea.

F’kummenti ma’ TVM il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li kienet esperjenza ta’ demokrazija, fejn il-poplu ddeċieda u mbagħad ingħaqad biex jagħmel minn din l-esperjenza l-aqwa suċċess possibbli.  Qal li dak li joħroġ bħala tagħlima hija li poplu Malti magħqud jista’ jikseb ħafna.

Dwar l-Unjoni Ewropea, il-Prim Ministru qal “naħseb li fetħet opportunitajiet imma trid tkun inti biex tagħmel l-aħjar minnhom. L-Ewropa mhix kunċett li awtomatikament se tkun suċċess.  Trid taħdem għaliha ta’ kuljum.  Bl-istess mod hemm sfidi ta’ Ewropa li qed tinbidel, ta’ nies li qed iħossuhom qed jintesew u mħollija lura mill-Unjoni Ewropea.  Xogħolna hu li mhux noqogħdu nwaħħlu fl-UE imma li nbiddlu l-affarijiet u naraw li l-Ewropa tibqa’ tkun qrib in-nies biex Malta tibqa’ tkun suċċess.”

Il-Prim Ministru qal li hu pożittiv ħafna dwar il-futur ta’ Malta li nistgħu nkunu mhux biss membru fl-Unjoni Ewropea imma l-aqwa fl-Ewropa, ngħinu lin-nies biex jiffurmaw il-ħsibijiet Ewropej filwaqt li nifhmu b’mod realistiku li aħna l-iżgħar stat membru imma l-ideat m’għandhomx x’jaqsmu mad-daqs tal-pajjiż imma mas-saħħa tagħhom.

Ara wkoll:

Il-PM b’laqgħa mal-mexxejja tal-pajjiżi li 15-il sena ilu ssieħbu fl-UE

Aħbarijiet Oħra
Saħħa

Id-Direttur tal-Caritas, Anthony Gatt, qal li d-dibattitu dwar il-leġiżlazzjoni tal-kannabis għal skop rikrettiv mhux wieħed faċli u kollox għandu l-vantaġġi u l-iżvantaġġi tiegħu. F’konferenza tal-aħbarjiet ma’ rappreżentanti mal-Assoċjazzjoni tal-Psikjatrija, il-Fondazzjoi…

Saħħa

Fl-aġġornament ta’ kuljum dwar il-Coronavirus, is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika, il-Professur Charmaine Gauci qalet li s’issa f’Malta saru swabs fuq 22 persuna li kellhom is-sintomi tal-virus iżda kollha rriżulataw li m’għandhomx il-Covid-19,…

Ambjent

It-trakkijiet li jiġbru l-iskart ma jaqtgħu xejn deħlin u ħerġin mill-Magħtab. Fil-jum tal-Ħamis meta f’ħafna tal-lokalitajiet jinħabar l-iskart fil-borża s-sewda, l-ħidma tal-Wasteserv li hija responsabbli għall-immaniġjar tal-iskart ma tieqafx hekk kif…

Kultura

Christian Zammit, li għandu l-kundizzjoni Down Syndrome, jgħid li jħoss ħafna mħabba meta jpitter xi kwadru. Christian huwa wieħed minn dsatax-il persuna b’diżabilità fl-għaqda volontarja STAND, li bl-għajnuna tal-artista Josette…

Aktar