Immigrazzjoni
Kif iħossuhom it-Taljani f’Malta fl-isfond tal-batibekki fuq l-immigrazzjoni?

Wara li fl-aħħar ġimgħat inqalgħu batibekki bejn l-awtoritajiet Maltin u Taljani dwar l-immigrazzjoni, TVM stħarreġ is-sentiment tat-Taljani li qed jaħdmu f’Malta.

Mindu ġie elett il-Gvern ċentru lemini Taljan kważi erba’ xhur ilu, ma naqsux il-botti u risposti bejn l-awtoritajiet Taljani u Maltin dwar il-vapuri bl-immigranti specjalment dwar jekk humiex fir-responsabiltà ta’ Malta jew tal-Italja.

Il-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Intern Taljan Matteo Salvini f’izjed minn okkażjoni waħda wissa’ lil Malta li għandha ddaħħal lid-dgħajjes bl-immigranti, waqt li min-naħa l-oħra l-Gvern Malti dejjem enfasizza li qed jimxi skont ir-regoli marittimi internazzjonali.

TVM żar ħwienet u ristoranti f’Buġibba fejn hemm għadd ta’ Taljani, il-biċċa l-kbira Sqallin, li ġew jgħixu u jaħdmu Malta. Staqsejniehom jekk bħala Taljani, iħossux li dawn l-battibekki b’xi mod affettwawx ir-relazzjoni tagħhom mal-Maltin.

Ħaddiema li tkellmu magħna qalu li “hija normali, tinħass it-tensjoni għaliex wara kollox meta l-Maltin iħossuhom li qed jingħalqu ġo pajjiżhom stess se jisplodu, le? Hija normali li aħna min-naħa tagħna li naħdmu hawn qed inħossu din it-tensjoni. Huwa minnu li hawnhekk, ovvjament Malta, hija żgħira ħafna. Diġà qegħdin ħafna li ġejna hawnhekk qabel, issa jekk se joqgħodu jibgħatu iżjed, nispiċċaw nitilqu kollha!”

Oħrajn qalu li “mhijiex sitwazzjoni sabiħa għalina t-Taljani li ngħixu f’Malta, dak żgur, imma ma tolqotniex daqshekk lilna għax wara kollox aħna, bħala ħaddiema Taljani li naħdmu hawn, nirrispettaw lill-poplu Malti, għax għandna l-possibbilità li naħdmu hawn, li ngħixu tajjeb hawnhekk. Għalhekk mhix problema ewlenija tagħna l-politika u x’se jiġri fuq din il-problema.”

Kien hemm min qal li “le m’hawnx din it-tensjoni. Jieħu ħsiebha l-Gvern din. Aħna naħdmu.”

Ħaddiem ieħor qal li “jien ma tantx għaliex minħabba li jien Sqalli, ilna ngħixu din it-tensjoni ħafna snin. Allura ma nħossux id-differenza, anzi hawnhekk f’Malta m’jien inħoss xejn. Fi Sqallija kellna ħafna problemi, iżda hawnhekk minn dan kollu m’jien inħoss xejn, allura ma tolqotniex.”

Min-naħa l-oħra fuq il-midja soċjali nħass li Maltin jemmnu li ċertu vuċijiet fl-Italja mhux jaraw sew is-sitwazzjoni vera. Dan inħass b’mod partikulari meta s-sindku Susanna Ceccardi, mill-partit tal-Lega, li kienet Malta biex tistudja l-Ingliż fil-video blog li għamlet qalet li f’Malta ma tarax immigrant wieħed. Din id-dikjarazzjoni ġabet reazzjoni minn bosta Maltin li lis-sindku qalulha fejn tista’ tara u issib l-immigranti.

Aħbarijiet Oħra
Qorti

Kompliet ukoll il-kumpilazzjoni tax-xhieda kontra Liam Debono akkużat fost oħrajn bl-attentat ta’ qtil tal-Kuntistabbli Simon Schembri. Quddiem il-Maġistrat Joe Mifsud xehed fost oħrajn l-Ispettur Spiridione Zammit dwar meta Liam Debono…

Qorti

Caven Cutajar ta’ 48 sena miż-Żurrieq wieġeb mhux ħati ta’ akkużi ta’ vjolenza domestika kontra s-sieħba tiegħu fosthom biża’ li ser tintuża vjolenza kontra tagħha u li ħebb għaliha. Il-prosekuzzjoni…

Qorti

Emanuel Cini ta’ 68 sena tressaq il-Qorti akkużat li darab ħafif lill-ex sieħba tiegħu li tgħix fl-istess blokka ta’ appartamenti f’Birkirkara, li kkaġuna biża’ li se tintuża vjolenza kontra tagħha,…

Qorti

Kompliet tinstema’ l-kumpilazzjoni tax-xhieda fil-konfront ta’ Alfred u George Degiorgio u Angelina Pop akkużati b’ħasil ta’ flus. Quddiem il-Maġistrat Joe Mifsud xehdu diversi rappreżentanti ta’ kumpaniji tal-assikurazzjoni li taw rendikont…

Aktar