Kurżitajiet
Kif il-frott u l-fast food jaffettwaw it-tqala?

Stħarriġ fost 5,598 mara sab li dawk li jieklu l-fast food minn tal-inqas 4 darbiet fil-ġimgħa jieħdu xahar aktar biex jinqabdu tqal minn dawk li ma jiklux daqshekk fast food. Anke dawk in-nisa li ma jiklux biżżejjed frott idumu biex jinqabdu tqal.

Skont l-esperti dieta tajba taffettwa ħafna ċ-ċans li mara tinqabad tqila.

L-istħarriġ sar fost nisa mill-Awstralja, Renju Unit u New Zealand u kienu mistoqsija x’kielu x-xahar ta’ qabel li nqabdu tqal bl-ewwel tarbija tagħhom. Il-majjistri żaru lil dawn in-nisa meta kellhom bejn 14 u 16-il ġimgħa tqala u staqsewhom kemm kielu frott, ħaxix, ħut, burgers, pizza, chips u fast food.

Ir-riċerkaturi sabu li n-nisa li kielu inqas minn 3 frotiet fix-xahar ħadu ma’ nofs xahar aktar biex jinqabdu tqal.

Aħbarijiet Oħra
Kurżitajiet

Fl-eqqel ta’ Lulju ħafna nies qed jinżlu lejn ix-xtajtiet sbieħ li joffri l-Mediterran biex iċafċfu u jirrilassaw. Iżda xtajta partikolari fi Spanja bħalissa qed toffri żvog għal kollox differenti. Ir-raħal…

Barranin

Jismu Garrett Michael Boofias, għandu 5 snin, u meta jikber xtaq isir boxer professjonali. Dawn huma wħud mid-dettalji li tifel Amerikan ta’ 5 snin kiteb fuq l-avviż tal-mewt tiegħu qabel…

Kurżitajiet

Minkejja li sseparaw, raġel baqa’ għajjur għall-ex mara tiegħu tant baqa’ jsegwi kull pass li kienet tagħmel biex jara min hu s-sieħeb il-ġdid tagħha. Ir-raġel minn provinċja ta’ Cremona fl-Italja…

Barranin

Mhux soltu li membri tal-Protezzjoni Ċivili jduru fuq il-bajjiet inkiss inkiss u jisirqu l-mobiles minn idejn in-nies. Iżda dan kien proprju dak li għamlu uffiċjali tas-salvataġġ fl-Iżvezja. Is-Södra Älvsborg Rescue…

Aktar