Mużika
Kif iltaqgħu Renato u Alison White?

Nazzareno Alessandro Micallef, magħruf bħala Renato, miżżewweġ liż-żeffiena popolari Alison White. Iżda, kif iltaqgħu? U, l-interess lejn xulxin kien reċiproku sa mill-bidu?

Renato u Alison iltaqgħu f’lukanda fi fjur żgħożithom, fejn Alison inzertat qed tesibixxi ruħha mal-kumplament taż-żeffiena.

Madanakollu, kif spjega f’intervista m’Angela Agius waqt il-programm ‘Niskata’, Renato biss jidher li kellu grazzja magħha.

Alison, fil-fatt, dak iż-żmien, kienet għarusa ma’ ġuvni Ingliż. Għaldaqstant, bilkemm kompliet mal-kantant Karkariż.

Iżda, ħaġa ġġib oħra, u Renato u Alison spiċċaw joħorġu flimkien sakemm eventwalment iżżewġu l-Ingilterra, f’kesħa xxoq l-għadam.

Renato beda l-karriera tiegħu meta kellu biss tnax-il sena, u, fost l-oħrajn, fl-1971 ħa sehem u rebaħ il-Malta Song Festival.

Erba’ snin wara, fl-1975, huwa rrappreżenta lil Malta fil-Eurovision Song Contest fi Stokkolma l-Iżvezja bil-kanzunetta ‘Singing This Song’.

L-intervista kollha tista’ ssegwiha hawnhekk